Żewġ Kardinali jintbagħtu mill-Papa biex ikunu qrib l-poplu Ukren

Print Friendly, PDF & Email

L-Ukrajna: Żewġ Kardinali jintbagħtu mill-Papa biex ikunu qrib l-poplu Ukren li qed jaħarbu mill-pajjiż.

Il-Ħadd, waqt l-Angelus, il-Papa Franġisku appella għal darb’oħra għall-Ukrajna, u qal li “s-Santa Sede lesta tagħmel kollox,” biex tpoġġi lilha nnifisha għas-servizz tal-kisba tal-paċi fil-pajjiż. Il-Papa ħabbar ukoll li ser jibgħat żewġ Kardinali bħala espressjoni tas-solidarjetà tal-Knisja mal-poplu Ukren li qed ibati: l-Kardinal Konrad Krajewski u l-Kardinal Michael Czerny.

Meta kien qed ikellem lill-fidili miġbura f’Pjazza San Pietru, l-Qdusija Tiegħu qal li l-Kardinali se jkunu qed jagħtu l-għajnuna lill-persuni fil-bżonn u jservu bħala “l-preżenza mhux biss tal-Papa, iżda tal-poplu Nisrani kollu li qed jesprimi solidarjetà mal-poplu Ukren. Huwa tenna: “il-gwerra hija bluha! Ieqfu, jekk jogħġobkom!”

Mit-Tnejn. Il-Kardinal Krajewski, ser ikun fil-fruntiera ta’ Dorohusk, qtib Lublin, il-punt tal-wasla ta’ aktar minn miljun refuġjat li qed jidħlu fil-Polonja. Waqt li kien hemm, huwa qasam kuruni tar-rużarji bojod mibgħudtin mill-Papa, lill-voluntiera u lir-refuġjati. Wara, kellu jmur lejn l-istazzjoni tal-ferrovija ta’ Przmysly, fejn qed jaslu ferroviji minn Kiev b’aktar nies li qed jaħarbu mill-pajjiż.

Intant, il-Kardinal Czerny se jasal l-Ungerija l-għada t-Tlieta 8 ta’ Marzu, u ser iżur numru ta’ ċentri ta’ akkoljenza għall-migranti li ġejjim mill-Ukrajna. B’din il-missjoni, l-Kardinal se jkompli jgħin u juri l-uġigħ lejn it-tbatija li l-Ukreni qed isofru u l-kunflitti fit-tul li ma jiġbdux l-attenzjoni tad-dinja.

Kardinal Czerny qal: “Aħna nkwetati ħafna dwar x’inhu inevitabbli f’dawn il-mumenti ta’ kunflitt u konvużjoni li hija l-ħidma perversa tat-traffikanti tal-bnedmin u nies li jfittxu li jagħmlu skjavi lil dawk li huma tant vulnerabblu billi joffrulhom b’mod falz għajnuna li mbagħad jaqbduhom fi problema ġdida”. Huwa qal li matul il-vjaġġ tiegħu, ser jafferma li l-għajnuna reliġjuża għandha tiġi offruta lil kulħadd, b’sensittività għad-differenzi ekumeniċi u interreliġjużi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-03/ukraine-cardinal-czerny-to-meet-refugees-fleeing-to-hungary.html

%d bloggers like this: