L-‘art imdawwla’ ta’ Malta qed tistenna l-wasla tal-Papa Franġisk

Print Friendly, PDF & Email

Fadal biss ftit sigħat oħra qabel il-bidu tas-36 Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku. Il-pajjiż li jinsab f’nofs il-Mediterran, qed jipprepara biex jilqa’ Papa għat-tielet darba fl-istorja tiegħu. Wara San Ġwanni Pawlu II, li żar r-Repubblika ta’ Malta fl-1990 u fl-2001; u Benedittu XVI, li għamel il-vjaġġ fl-2010, il-Papa Franġisku se jżur l-arċipelagu nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej. Huwa vjaġġ li l-Qdusija Tiegħu ilu jistenna bil-ħerqa. Preċedentement ippjanat għal Mejju 2020, li l-vjaġġ ġie pospost minħabba l-pandemika; issa, inevitabbilment se tkun immarkata mill-gwerra fl-Ukrajna u l-fluss bla waqfien ta’ refuġjati li qed jaħarbu mill-bumbardamenti. Il-merħba u l-fidi huma t-temi ta’ din iż-żjara “fuq il-passi ta’ San Pawl”.

Illum aktar minn qatt qabel, Malta – “art luminuża”, kif iddeskrivieha l-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa li għadda – hija impenjata li “tilqa’ tant aħwa li qed ifittxu kenn”. It-tema tal-ospitalità hija simbolizzata wkoll mill-logo tal-vjaġġ, li juri idejn mifruxa lejn oħrajn ħerġin mil-ġifen li fuqu aktar minn elfejn sena ilu, San Pawl ġie nawfraġjat fuq il-gżira, u hu sejjer lejn Ruma. “Opportunità li mmorru lejn l-għejjun tat-tħabbira tal-Evanġelju”, u għall-Papa, “li nsir naf personalment komunità Nisranija bi storja millernarja u ħajja”.

Il-motto ta’ dan is-36 vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku huwa: “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha”. Mument importanti f’dan il-vjaġġ ser ikun bi żjara li l-Qdusija Tiegħu ser jagħmel fiċ-Ċentru tal-Immigranti “Laboratorju tal-Paċi, San Ġwann XXIII”, f’Ħal Far, li jospita nies mis-Somalja, Eritrea, u s-Sudan li dawn telqu mill-Libja biex jaqsmu l-Mediterran. Il-Laboratorju tal-Paċi, huwa post fejn isir xogħol edukattiv kbir fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, solidarjetà, u assistenza medika. Madwar 200 immigrant se jiltaqgħu mal-Papa f’teatru fil-miftuħ, mibni apposta għal din l-okkażjoni.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/the-luminous-land-of-malta-awaits-the-arrival-of-pope-francis.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading