Żjara Papali fil-Libanu qed tiġi ikkunsidrata

Print Friendly, PDF & Email

“Hija possibbiltà li qed tiġi studjata”, qal id-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, bi tweġiba għal tweet tal-President Libaniż Michel Aoun, dwar il-possibbiltà ta’ vjaġġ mill-Papa lejn il-Libanu. Nhar it-Tlieta wara nofsinhar, fuq ‘Twitter’, il-President Aoun ħareġ bl-aħbar li l-Papa Franġisku se jżur il-pajjiż taċ-Ċedri.

“Il-poplu Libaniż ilu jistenna din iż-żjara għal xi żmien biex jesprimi gratitudni lill-Qdusija Tiegħu għall-appoġġ tiegħu, u jirringrazzjah għall-inizjattivi li ħa għall-pajjiż u għat-talb li offra għall-paċi u l-istabbiltà tiegħu”, hekk kien ikkwatat li qal il-President fl-istqarrija.

Fit-22 ta’ Marzu, l-Papa Franġisku rċieva lill-president Lebaniż fil-Vatikan. Wara l-udjenza li kellu Mal-Qdusija Tiegħu, Aoun, iltaqa’ mas-Segretaru tal-Istat, il-Kardinal Pietro Parolin, akkumpanjat mill-Arċisqof Paul Richard Gallagher, is-Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati.

Il-Papa Franġisku qal diversi drabi li jixtieq iżur il-Libanu. Sena wara l-isplużjoni fil-port ta’ Beirut, waqt l-Udjenza Ġenerali tal-4 t’Awwissu, l-Papa indirizza l-ħsibijiet tiegħu lill-pajjiż kollu, b’mod partikolari lill-vittmi, lill-familjari tagħhom, u lil dawk li tilfu djarhom u xogħolhom. Kien qal hekk: “Għeżież ħbieb Lebaniżi, nixtieq ħafna li nżurkom u nkompli nitlob għalikom, sabiex il-Libanu jerġa’ jkun messaġġ ta’ paċi u fraternità għal-Lvant Nofsani kollu”.

Fl-2021 ukoll, fl-1 ta’ Lulju, l-Papa Franġisku ospità lill-patrijarki u kapijiet tal-Knejjes tal-Lvant Lebaniżi għal Jum ta’ Riflessjoni u Talb għal-Libanu. Fit-8 ya’ Marzu, waqt konferenza stampa li għamel mal-ġurnalisti, matul it-titjira fir-ritorn tiegħu mill-Iraq, il-Papa Franġisku żvela li kien wiegħed, f’ittra lill-Kardinal Bechara Raï, li jagħmel vjaġġ lejn il-Libanu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/papal-visit-to-lebanon-under-consideration.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading