Il-Ħamis 19 ta’ Mejju, fit-tieni jum taż-żjara tiegħu fl-Ukrajna, s-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet mal-Istati, l-Arċisqof Richard Gallagher, ltaqa’ mas-Sindku ta’ Lviv, Andriy Sadovyi, u Maksym Kozytsk, il-Gvernatur tal-Amministrazzjoni tal-Istat Reġjonali ta’ Lviv, fil-Kurja tal-Arċidjoċesi ta’ Lviv. Miegħu ingħaqdu l-Arċisqof Metropolitan Mieczysław Mokrzycki ta’ Lviv, l-Isqof Awżiljarju Eduard Kava, u l-Ambaxxatur Ukren għas-Santa Sede, Andriy Yurash.
L-Arċisqof Mokrzycki rringrazzja lill-Arċisqof Gallagher għaż-żjara tiegħu, u faħħar il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Knisja u l-awtoritajiet lokali, speċjalment fl-isforzi biex jgħinu lin-nies li ġew spustati minn djarhom. L-Arċisqof nnota wkoll li l-Ukreni japprezzaw ħafna l-kliem tal-Papa Franġisku b’appoġġ għat-tmiem tal-gwerra fl-Ukrajna.
L-Arċisqof Gallagher imbagħad tkellem mal-awtoritajiet ċivili ta’ Lviv dwar l-iskop tal-missjoni tiegħu fl-Ukrajna, u afferma mill-ġdid l-affezzjoni u l-impenn tal-Papa lejn il-poplu Ukren. “Naħseb li l-preżenza tiegħi hawn hi biex nassigura lin-nies dwar dan,” qal. “Il-Papa għandu missjoni universali. Iqis il-popli kollha f’kull ħin u jfittex il-ġid tagħhom”.
“Nista’ nassigurakom li l-istqarrijiet [tal-Papa] dwar l-atroċitajiet, dwar it-tbatija li hu sat jaf bihom li għaddej minnu l-pajjiż, huma mill-aktar sinċieri. Qed jipprova jkun qawwi kemm jista’ biex jiddefendi lill-poplu Ukren, biex juri l-fatt li għandhom il-libertà tagħhom, u li l-integrità ta’ dan il-pajjiż ġiet miksura”.
L-Arċisqof Gallagher jafferma mill-ġdid ix-xewqa tas-Santa Sede li tgħin biex tinġieb il-paċi fl-Ukrajna, filwaqt li tirrispetta d-“dritt sovran tal-Poplu Ukren u l-mexxejja tiegħu” biex jiddeċiedu liema negozjati jew azzjonijiet biex jinġieb il-paċi.
“Fil-kuntatti tagħna mal-oħrajn, dejjen gġidna lis-Santa Sede tibqa’ impenjata kompletament għall-integrità tat-territorju Ukren. Dik hija l-linja li dejjem ħadna”.
L-Arċisqof qal li issa ra personalment it-“tbatija li tidher fuq wiċċ in-nies”, kif ukoll il-biża’ u n-nuqqas ta’ sigurtà tagħhom dwar il-futur. “Meta tmiss dawn il-feriti b’idejk f’sens wieħed”, qal, “imbagħad tifhem tassew il-grad ta’ tbatija tal-poplu tiegħek u kif dan jistħoqqlu kull appoġġ u solidarjetà min-naħa tagħna”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-05/paul-richard-gallagher-vatican-ukraine-lviv-government-authoriti.html