Il-Ħajja f’Għawdex, Ġunju-Lulju 2022

Print Friendly, PDF & Email

Ħarġa numru 1039

L-editorjal ta’ din il-ħarġa jingħaqad mal-kor ta’ ilħna jilmentaw fuq il-bini bla rażan fil-gżira Għawdxija. Isemmi l-NGO ġdida Għawdxija Għawdix! bħala waħda mill-ftit entitajiet li qed ikollhom il-kuraġġ jitkellmu kontra l-proċess li qed ikerrahha. Il-president ta’ din l-għaqda hi intervistata dan ix-xahar, u jagħmillek il-qalb tara l-ottimiżmu qawwi tagħha qalb foresta ta’ krejnijiet tal-kostruzzjoni. Ir-rivista tkopri xi ġrajjiet kulturali tal-aħħar ġimgħat, fosthom sport, kunċerti, u wirja tal-arti u konferenza dwar l-identità ta’ Għawdex kif iħarsu lejha bosta artisti. Fost l-aħbarijiet naqraw dwar il-bini ta’ airstrip reġjonali fix-Xewkija u r-restawr tal-Akwedotti fit-triq Ta’ Pinu. Insibu wkoll riċensjonijiet ta’ xi pubblikazzjonijiet ġodda. Bħas-soltu, dan kollu b’għadd ta’ ritratti bil-kulur.

Il-Ħajja f’Għawdex, June-July 2022, No 1039

The editorial joins the chorus of voices lamenting the unruly spread of the built environment on the island. It singles out the new NGO Għawdix! as one of the few entities that find the courage to speak out against this process of uglification. Its president features in the interview of the month and it is heartening to note her strong optimism reaching out from a forest of construction cranes. The periodical covers some of the cultural events of the past weeks, including sports, concerts, and an art exhibition-cum-conference on the identity of Gozo as perceived by artists over the years. Among the ‘newsy’ items we can read about the building of the regional airstrip in Xewkija and the restoration of the aqueduct on the Ta’ Pinu road. A number of new publications are reviewed. The periodical is fully illustrated.

%d bloggers like this: