Il-Papa lil Caritas Spanja: Realtajiet ġodda jeħtieġu kura għal nies fil-faqar

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku faħħar il-ħidma tal-Caritas Spanja u ħeġġeġ lill-fergħa umanitarja tal-Knisja biex tippersevera fis-servizz tagħha lil dawk fil-bżonn, hekk kif l-organizzazzjoni din is-sena tiċċelebra l-75 anniversarju tagħha.

F’ittra indirizzata lil Manuel Bretón Romero, President tal-Caritas Spanja, waqt li żamm il-motto għaċ-ċelebrazzjoni: “75 sena ta’ mħabba għall-oħrajn”, il-Papa Franġisku qal li “huwa servizz li jkompli fil-preżent u li jiftaħ għall-futur bit-tama, li jaf jara l-wiċċ ta’ Kristu msallab f’ħafna nies li qed ibatu, joffrilhom ħbiberija, għajnuna u konsolazzjoni”.

Il-Papa stieden lill-Caritas Spanja biex tiċċelebta l-Ġublew bħala okkażjoni propizja biex tirringrazzja lill-Mulej, u biex tagħraf it-toroq għal dan l-istadju ġdid bil-gwida tal-Ispirtu s-Santu.

Il-Qdusija Tiegħu, fl-ittra, indika tliet karatteristiċi li “ma’ jistgħux ikunu nieqsa” fl-itinerarju ta’ dixxerniment tal-Caritas, li żommu f’moħħkom li l-vjaġġ tal-organizzazzjoni tal-karità huwa “vjaġġ tal-inqas”. “Il-foqra u l-esklużi huma l-ipprivileġġjati tal-Evanġelju; jokkupaw post preferenzjali fil-qalb ta’ Alla, sal-punt li hu stess sar fqir”, qal il-Papa filwaqt li saħaq, li “ma nistgħux nistennew li jħabbtu biebna, imma aħna rridu noħorġu niltaqgħu magħhom, infittxxu l-ġid tagħhom u l-iżvilupp sħiħ tagħhom, filwaqt li jagħrfu d-dinjità tagħhom u d-drittijiet tagħhom”. 

Il-Qdusija Tiegħu nnota wkoll li l-vjaġġ tal-Caritas huwa “triq tal-ħniena” fl-istil ta’ Alla. Għalhekk, biex nimxu fuq din it-triq, “jeħtieġ attitudni ta’ konverżjoni u bidla kontinwa lejn Kristu”. “Sakemm nagħmlu s-sentimenti u l-attitudnijiet tagħhom tagħna stess, il-karità tagħna tkun aktar attiva u effetiva,” afferma l-Papa.

It-tielet karatteristika: l-Papa ħeġġeġ lill-Caritas Spanja biex tibda “t-triq ta’ tiġdid” għax “ir-realtajiet ġodda tal-faqar jeħtieġu li nieħdu ħsieb kemm in-nies, kif ukoll id-dar komuni tagħna”. L-Papa żied jgħid li għandna wkoll inkun “lesti biex nimxu fit-toroq tal-kultura tal-laqgħa u tal-karità, tal-għaqda bejn il-lokal u dinja, naħdmu minn dawk qrib tagħna, iżda b’orizzont universali.”

Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-Caritas Spanja biex “jipperseveraw bil-ferħ u b’determinazzjoni fl-attivitajiet u l-proġetti li twettqu fid-djoċesijiet Spanjoli u li testendu lil hinn mill-fruntiera favur tant ħutna li għandhom bżonn il-qrubija, imħabba u solidarjetà tagħna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-francis-caritas-spain-poverty-75-anniversary.html

%d bloggers like this: