Tibda ż-żjara tal-Patrijarka f’Malta

Print Friendly, PDF & Email

Ilbieraħ l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħu lill-Qdusija Tiegħu l-Patrijarka Bartilmew I fl-arjuport internazzjonali ta’ Malta. Dalgħodu l-Arċisqof, flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet Maltin, laqgħu lill-Patrijarka u d-delegazzjoni li qed takkumpanjah fil-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina.

Waqt din iż-żjara l-Patrijarka u I-Arċisqof iddiskutew għadd ta’ temi ta’ interess reċiproku, fosthom ir-relazzjonijiet ekumeniċi reċiproċi, il-kura pastorali tal-membri tal-Knejjes Ortodossi f’Malta, l-użu tal-Knejjes Kattoliċi għal-Liturġiji Divini Ortodossi, il-fenomenu tal-migrazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-paċi fil-Mediterran u lil hinn. Iż-żewġ delegazzjonijiet taw rigali lil xulxin.

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi miftuħin għall-pubbliku

Illejla 5 ta’ Diċembru, fis‑6pm se jsir l‑Għasar Patrijarkali mmexxi mill‑Patrijarka Bartilmew I, fil‑Knisja ta’ San Nikola (Tal‑Erwieħ), il‑Belt Valletta. Għada t‑Tlieta 6 ta’ Diċembru, fis‑6:30pm, l-Arċisqof se jmexxi laqgħa ekumenika  ta’ talb bis‑sehem tal‑Patrijarka Bartilmew I fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: