Il-Papa jħeġġeġ li l-konsagrazzjoni tal-Ukrajna u r-Russja lil Marija terġa’ tiġi mġedda

Print Friendly, PDF & Email

Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lil dawk lil dawk li jemmnu biex iġeddu l-konsagrazzjoni tal-umanità – speċjalment ir-Russja u l-Ukrajna – lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. L-appell tal-Qdusija Tiegħu sar kważi sena wara li talab għall-ewwel darba l-Att tal-Konsagrazzjoni, fis-servizz penitenzjali annwali tar-Randan “24 Siegħa għall-Mulej” li kien sar fil-Vatikan fil-25 ta’ Marzu 2022.

Il-konsagrazzjoni inizjali tal-Papa Franġisku tar-Russja u l-Ukrajna lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija kienet tweġiba, qal, għall-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi. “Din mhix formula maġika,” kien spjega dak iż-żmien, “iżda att spiritwali. Huwa att ta’ fiduċja sħiħa min-naħa tat-tfal li, fost it-tribulazzjoni ta’ din il-gwerra krudili u bla sens li thedded id-dinja tagħna, iduru lejn Ommhom, ipoġġu l-biżgħat u l-uġigħ kollu tagħhom f’qalbhom u jafdaw lilhom infushom lilha”.

Il-Papa qal, li “llum, ħsibijieti jmorru għall-25 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet, met, f’għaqda mal-Isqfijiet kollha tad-dinja, ikkonsagrajt il-Knisja u l-umanità, speċjalment ir-Russja u l-Ukrajna, lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.” “Ejjew ma niddejqux nikkonsagraw il-kawża tal-paċi lis-Sultana tal-Paċi,” kompla. “Nixtieq nistieden lill kull min jemmen u kull komunità, speċjalment gruppi ta’ talb, biex kull 25 ta’ Marzu inġeddu l-Att tal-Konsagrazzjoni lill-Madonna, biex hi, li hi Omm, tippreservana lkoll fl-għaqda u l-paċi.”

Il-Papa temm l-appell tiegħu billi fakkar “fl-Ukrajna tumentata”, kif għamel kważi f’kull Udjenza Ġenerali minn mindu faqqgħet il-gwerra, u ħeġġeġ lil dawk preżenti biex qatt ma jinsew lil dan il-pajjiż, li, qal, “qed ibati ħafna”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-russia-ukraine-mary-immaculate-heart.html

%d bloggers like this: