It-talba tal-Papa biex ikunu miftuħa qed tinħass fl-Ungerija wara ż-Żjara Appostolika tiegħu

Print Friendly, PDF & Email

Fost il-ħafna għexieren ta’ eluf ta’ nies li nġabru fil u madwar il-pjazza ħdejn il-bini ikoniku tal-parlament neo-gotiku tal-Ungerija, l-Ħadd filgħodu, dehru viżibbilment inkoraġġuti wara li semgħu l-kelma tal-Papa Franġisku. L-midja online Ungeriża, li xandret il-Quddiesa, nnotat li l-Papa ħeġġeġ lill-fidili biex ikunu miftuħa għal dawk li, fi kliemu, huma “barranin jew differenti minna”, bħal migranti li qed jaħarbu mill-gwerra, mill-persekuzzjoni u mill-faqar. Il-Papa talab lill-ħafna nies li kienu qed jisimgħuh biex ikunu bibien miftuħa u inklussivi, u b’dan il-mod, jgħinu lill-Ungerija tikber fil-fraternità, li sejħilha “t-triq tal-paċi”.

Fil-laqgħa li kellu s-Sibt mar-refuġjati u nies foqra fil-knisja ta’ Santa Eliżabetta, l-Papa Franġisku ukoll wassal dan il-messaġġ ta’ aktar ftuħ. Il-knisja ngħatat l-isem għal prinċipessa Ungeriża li rrinunzjat għall-ġid tagħha biex tiddedika ruħha lill-foqra bħala segwaċi ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Il-Papa deher viżibilment imqanqal bil-mużika ta’ familja ta’ refuġjati Ukreni daqqet fil-knisja. Huma fost it-2.5 miljun refuġjat Ukren li daħlu fl-Ungerija, għalkemm il-biċċa l-kbira komplew il-vjaġġ tagħhom lejn pajjiżi oħra.

Meta fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu, indirizza lill-gvern tal-Ungerija, l-Qdusija Tiegħu tkellem ukoll dwar l-importanza tal-ftuħ għall-oħrajn. Anke meta s-Sibt iltaqa’ mat-tfal li għandhom diżabilità viżwali u fiżika u li spiss jiffaċċja diffikultajiet fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, il-Papa Franġisku qajjem ukoll dan il-punt.

Meta ltaqa’ ma’ kważi 12,000 żagħżugħ fil-grawnd sportiv tal-belt, l-Papa ħeġġiġhom biex jilħqu lil dawk vulnerabblu u ħeġġiġhom jaċċettaw il-maħfra ta’ Kristu. “Alla dejjem jaħfer”, qalilhom, u talabhom jirrepetu dan il-kliem miegħu bil-lingwa Ungeriża.

Filwaqt li l-Papa rrifletta fuq koeżistenza paċifika ma’ nies ta’ kull ġens u wera t-tama tiegħu għall-paċi fl-Ukrajna, iċċara wkoll li l-paċi reali tista’ tinstab biss fi Kristu. Din hija x-xewqa tiegħu għall-Ungerija u għad-dinja kollha.     

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/pope-apostolic-visit-hungary-message-openness-peace-welcome.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading