Niddubita kemm it-tfal tal-lum jafu fardal x’inhu! L-għan ewlieni tal-fardal tan-nanniet u l-ommijiet kien li jipproteġi l-libsa li jkunu lebsin taħtu, għaliex din kienet tkun waħda mill-ftit li kellhom. Fl-istess ħin, kien aktar faċli li taħsel fardal milli libsa, u fardal kien jieħu anqas drapp biex jinħiet minn libsa.
Matul ix-xahar ta’ Mejju tista’ taqra aktar dwar l-użu tal-fardal dari u r-rabta mal-ommijiet u n-nanniet f’dan ix-xahar iddedikat għalihom fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqraw dwar il-ħatra ta’ direttur nazzjonali ġdid għal Missio Malta. F’artiklu ieħor niltaqgħu ma’ Isqof Awżiljarju li jaqsam l-esperjenza tiegħu fil-Filippini sa minn meta kien għadu jordna saċerdot.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.