Papa lill-parteċipanti tal-WYD: Lisbona 2023 ċans li tikber fit-tama

Print Friendly, PDF & Email

B’inqas minn tliet xhur għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD), il-Papa Franġisku bagħat l-inkoraġġiment tiegħu lill-parteċipanti rreġistrati għall-avveniment f’Lisbona, l-Portugal, li se jsir bejn l-1 u s-6 t’Awwissu. F’messaġġ bil-vidjo maħruġ il-Ħamis, il-Papa faħħar l-eċċitament li għandhom iħossu ż-żgħażagħ Kattoliċi hekk kif qed jippreparaw biex jivvjaġġaw.

“Nista’ nimmaġina l-affarijiet li jkollkom fuq moħħkom”, qal, “kif se tagħmlu biex dan iseħħ, titolbu l-permess tax-xogħol jew tal-istudju tagħkom, tiksbu dak li għandkom bżonn għall-vjaġġ, tant tħassib!” Fl-istess ħin, il-Papa ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex “iħarsu lejn l-orizzont” billi jużaw l-eċċitament u t-tama tagħhom bħala tarġa ‘l fuq.

Il-Papa Franġisku rrikonoxxa li l-parteċipazzjoni fil-WYD hija “ħaġa sabiħa” mibnija fuq it-tama ta’ ġrajjiet li se jseħħu. “Ippreparaw infuskom b’dak l-entużjażmu,” qal liż-żgħażagħ. “Ikollkom it-tama, għax wieħed jikber ħafna f’avveniment bħall-WYD”. Forsi għadhom ma jirrealizzawx, qal, iżda ż-żgħażagġ jistgħu jistennew li jiskopru affarijiet ġodda mill-isbaħ hekk kif jiltaqgħu ma’ nies minn partijiet oħra tad-dinja u jibnu relazzjonijiet ibbażati fuq valuri komuni.

Il-Papa qal li l-Knisja hi mbierka tgawdi “s-saħħa taż-żgħażagħ”, u għalhekk tħeġġeġ lill-parteċipanti fil-WYD biex jippreparaw tajjeb għal dak li ġej. Huwa qasam magħhom ukoll “sigriet” għal tħejjija xierqa.

“Sabiex tippreparaw tajjeb”, qal, “tgħin biex tħarsu lejn l-għeruq tagħkom billi tiltaqaw mal-anzjani tagħkom”, bħan-nanniet. Il-parteċipanti fil-WYD li jmiss f’Lisbona għandhom jistaqsu lin-nanniet tagħhom: “X’taħseb li jien irrid nagħmel?” L-anzjani tagħna, temm jgħid il-Qdusija Tiegħu, “jagħtukom l-għerf”.

U temm il-messaġġ bil-vidjo billi ħeġġe liż-żgħażagħ biex “jistinkaw ‘il quddiem”, u qal li jinsab ħerqan li jiltaqa’ magħhom f’Lisbona.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-05/pope-francis-world-youth-day-lisbon-2023-video-message.html

%d bloggers like this: