Alla hu għaqda, komunjoni! Illum hija l-festa tat-Trinita’ Qaddisa u l-Vanġelu tal-lum (Ġw 3, 6-18) jitkellem fuq id-djalogu bejn Nikodemu u Ġesu. F’dan id-djalogu Ġesu jitkellem mill-Missier u mill-imħabba tiegħu bla tarf li jagħti “lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem”.
Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li din hija xbieha ta’ familja! U l-Papa jħeġġiġna biex x’ħin naħsbu fuq Alla naħsbu fuq familja miġbura madwar mejda tal-ikel li jaqsmu kollox bejniethom. U ħafna drabi t-Trinita fl-ikoni hija mpittra b’dan il-mod: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Qaddis miġburin madwar il-medja tal-ikel.
Aħna wkoll irridu nkunu madwar din il-mejda u nipparteċipaw flimkien ma’ Alla f’din l-imħabba! Meta nroddu s-salib niftakru kemm Alla ħabbna meta tana lil Ibnu fuq is-salib. U l-Papa jistaqsina: Nixhdu din l-imħabba fil-komunitajiet u l-familja tagħna? Kapaċi nilqgħu lil kulħadd? Nagħtu lil kulħadd l-ikel tal-maħfra u l-ferħ tal-Vanġelu? Fil-komunitajiet tagħna tinħass l-atmosfera ta’ dar li fiha jidħol kulħadd, jew dik ta’ uffiċċju li jidħlu biss dawk magħżula?
Tista’ tara l-post sħiħa wkoll fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02ykRj1TVY65htzV8ZSp2Kb2zJkfivwKSqUQJ7dN1Ymrzmsk5gcmr4DuyrY5VBhQ4Gl