Ġwanni Pawlu II fl-iskola tra’ Santa Ċeċilja.

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-MISTEDNIN TAL-ISKOLA TA’ SANTA ĊEĊILJA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ruma, 22 ta’ Novembru 1982

Merħba bikon fid-Dar tal-Papa, ġentili mistednin tal-Iskola “Santa Ċeċilja” f’Vitinia, li tiffurmaw Komunità femminili, bl-iskop li ssegwu formazzjoni spiritwali u tejoloġika retta u mdawla, biex imbagħad tkunu tistgħu tiżvolġu, bi profit, apostolat kwalifikat fil-Knejjes lokali.

Tali inizjattiva hija marbuta mat-tifkira u mal-ġest ġeneruż ta’ saċerdot Ruman distint, Monsinjur Umberto Dionisi, ex student minn Capri; u kienet promossa b’intuwizzjoni li tħares ‘il quddiem mill-Kummissjoni Episkopali  responsabbli għall-Kulleġġ Almu Capraniku, rappreżentat hawn mill-President tiegħu, il-Kardinal Baggio.

Mixtieqa qabel kollox li tikkorrispondu għas-sejħa personali tal-Mulej fil-kondizzjonijiet l-iktar differenti tal-ħajja, għeżież żgħażagħ, intom responsabilment konxji tal-bżonnijiet, tal-ansjetajiet u tal-prospettivi ta’ tama tal-Komunitajiet tagħkom li għalihom qegħdin tipproponu lilkom infuskom biex toffru servizz xieraq.

Iddedikaw lilkom infuskom, mela, b’serjetà għall-istudju tax-xjenzi tejoloġiċi illum tant rakkomandati wkoll għal-Lajċi għall-prmozzjoni ekkleżjali tagħhom. Dan għandu valur important għat-tkabbir personali fil-fidi; huwa meħtieġ għal kwalunkwè tip ta’ evanġelizzazzjoni eżerċitata b’kompetenza; huwa ndispensabbli għal tweġiba adegwata għall-problematika tal-kultura tallum.

Madankollu, il-formazzjoni li qegħdin nipproponulkom biex takkwistaw għandha l-fulkru u s-sies tagħha fil-ħajja tat-talb, li huwa r-ruħ ta’ kull apostolat. Fit-talb, it-tejoloġija-xjenza tinbidel f’tejoloġija-għerf.

Santa Ċeċilja, verġni u martri Rumana – li tagħha llum niċċelebraw it-tifkora – mudell tal-mara li tagħżel il-verġinità sas-sagrifiċċju totali, għall-imħabba tal-Mulej u bħala sinjal tas-Saltna futura, tassistikom, tipproteġikom u ssabbarkom: għal dan insejħulha b’mod serju waqt is-Sagrifiċċju Ewkaristiku.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: