Waqt l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku nvoka lill-Madonna ta’ Suyapa, l-patruna tal-Ħonduras, u talab biex “tgħin lill-qlub jinfetħu għar-rikonċiljazzjoni u jagħmlu spazju għall-koeżistenza fraterna anke fil-ħabsijiet.”
Il-Papa għamel it-talba hekk kif esprima s-sogħba tiegħu għal attakk fatali fil-ħabs li seħħ fl-20 ta’ Ġunju, fejn ħalla aktar minn 40 mara mejta f’faċilità korrettiva tan-nisa f’Tamara, l-Ħonduras. Investigazzjoni preliminari dwar l-irvell sabet ħsarat gravi fis-sigurtà li ppermettew lill-membri tal-gangs fil-ħabs jattakkaw lir-rivali tagħhom bl-armi tan-nar u bi skieken wesgħin, anke ħarqu xi wħud minnhom ħajjin fiċ-ċelel tagħhom.
“Imnikket ħafna b’dak li ġara ftit tal-jiem ilu fiċ-Ċentru Penitenzjarju tan-Nisa ta’ Támara fil-Ħonduras”, qal il-Papa, li jiddeplora l-“vjolenza terribbli bejn gruppi rivali” li “żergħu l-mewt u t-tbatija” waqt li talab għal dawk li mietu u għall-familji tagħhom.
Il-President tal-Ħonduras, Xiomara Castro, kkonferma li l-irvell tal-ħabs kien organizzat minn membri tal-gangs “bl-għarfien u l-kunsens tal-awtoritajiet tas-sigurtá”, u wiegħed li se jieħu “miżuri drastiċi” bħala reazzjoni.
Il-Ħadd ukoll, il-Papa Franġisku nnota l-40 anniversarju mill-għajbien ta’ Emanuela Orlandi, żagħżugħa ta’ 15-il sena residenti l-Belt tal-Vatikan li għebet fit-22 ta’ Ġunju 1983. Il-każ kompla jipproduċi riżonanza, speċjalment fl-Italja, u nissel bosta teoriji ta’ konfoffa.
Fl-Angelus, il-Qdusija Tiegħu ħa l-opportunitá biex għal darb’oħra jesprimi l-qrubija tiegħu mal-familja ta’ Emanuela, b’mod speċjali ma’ ommha, u assigurahom it-talb tiegħu, filwaqt li ftakar ukoll fil-familji kollha “li jġorru t-tifkira ta’ xi ħadd għażiż li għeb”.
Filwaqt li l-interess fil-każ qatt ma naqas, dokumentarju riċenti u l-anniversarju ta’ din is-sena qanqlu sforzi mġedda biex jiġi ddeterminat x’sar minn Emanuela, b’investigazzjonijiet imġedda miftuħa kemm mill-Vatikan kif ukoll mill-awtoritajiet Taljani.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-prays-for-reconciliation-after-honduran-prison-riot.html
Il-Papa Franġisku jitlob għar-rikonċiljazzjoni wara l-irvell fil-ħabs tal-Ħonduras.