Il-Papa Franġisku bagħat ittra lil Marco Elefanti, President tal-“Fondazzjoni Policlinico Universitario Agostino Gemelli”, fejn esprima ix-xewqa tiegħu ta’ gratitudni lill-istaff kollu tal-isptar, għall-kura u l-attenzjoni tagħhom, u qal, li kienu kruċjali biex għenuh ikun aħjar.
Il-Papa Franġisku ddaħħal l-isptar fis-7 ta’ Ġunju u għadda minn operazzjoni addominali tal-ftuq u tneħħew ċikatriċi minn operazzjonijiet preċedenti. Huwa ħareġ mill-isptar fis-16 ta’ Ġunju, bil-kirurgu tiegħu, Dr. Alfieri, li ddeskrivih bħala “aħjar minn qabel” id-disat ijiem tiegħu fl-isptar.
Fl-ittra, l-Qdusija Tiegħu kiteb, li “f’dak il-post ta’ tbatija u tama, għal darba oħra stajt nieħu pjaċir mill-atmosfera familjari, fraterna u akkoljenti, li kienet ta’ għajnuna kbira għall-irkupru tiegħi wara l-operazzjoni”. Il-Papa jgħid li “l-apprezzament mill-qalb tiegħu jmur lejn il-komunità kollha tal-Isptar Gemelli għall-qrubija umana u spiritwali tagħha”.
Hu temm l-ittra, billi ta l-barka tiegħu, talabhom jitolbu għalih, u “fraternament” assigura lil Dr Elefanti bit-talb tiegħu stess għalih u għall-familja tiegħu.
Nota maħruġa mid-Diretturi tal-Bord tal-Isptar tgħid li qasmu “l-ferħ u l-emmozzjoni tal-kliem tal-Qdusija Tiegħu”, mal-istaff kollu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-letter-thanks-gemelli-hospital-staff-post-surgery.html
Il-Papa jirringrazzja lill-istaff tal-isptar għal ‘kura u attenzjoni fraterna’ ta’ wara l-operazzjoni.