Fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

OLIVIER GIROUD JIBGĦAT MESSAĠĠ LILL-40,000 PELLEGRINI FRANĊIŻI FIL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

L-Erbgħa l-1 ta’ Awwissu, Olivier Giroud, plejer professjonali tal-futbal u Nisrani prattikanti, wassal messaġġ bil-vidjo lill-40,000 żgħażagħ Franċiżi fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, f’Lisbona, il-Portugal, waqt avveniment bl-isem ta’ “Il-Waqt tal-Franċiżi.”

Il-plejer ta’ 36 sena qal liż-żgħażagħ: “Intom 40,000 Franċiżi, magħqudin fil-fidi f’Ġesù, kemm intom sbieħ! Intom li tħabbru l-aħbar it-tajba. Intom sinjal ta’ tama.” U wkoll: “Ħaġa waħda li naf li hi ċerta hi li Alla qed jistenniekom u jrid jitkellem ma’ kull wieħed u waħda minkom. Tibżgħux tisimgħuh u titkellmu miegħu, u għalhekk, itolbu.”

Giroud kompla li filwaqt li l-futbol hu l-passjoni kbira tiegħu, l-imħabba tiegħu lejn Kristu hi importanti daqs il-karriera professjonali tal-futbol. U rringrazzja lil Alla “għal kull ma għamel miegħi u qed ikompli jagħmel ħwejjeġ kbar f’ħajti.”

“Infittex li nkun dixxiplu tiegħu, li naqdih mill-qiegħ tal-passjoni tiegħi bħala plejer u wkoll fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum. Li nsegwu ‘l Ġesu jagħtini lferħ, is-saħħa, is-serenità, u allura l-paċi.”

Fil-preżent Oliver Giroud jilgħab mat-tim ta’ Milan kif ukoll mat-tim nazzjonali Franżiż. Kien dejjem ċar dwar il-fidi tul il-karriera tiegħu. F’intervista fl-2019 lill-magazine Kattoliku Franċiż, jismu ‘Jesus’, Giroud qal: “Nipprova nitkellem dwar il-fidi tiegħu kull meta nista’. Inħoss li għandi nuża l-profil tiegħi tal-midja biex nitkellem fuq l-impenn tiegħi għal Ġesù Kristu u għal dak li jirrigwardja lili nnifsi”.

Giroud stieden lill-pellegrini tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ biex ikunu “atleti ta’ Alla.” “Isimimgħu l-kelma tiegħu, siru dixxipli missjunarji, ħudu l-fidi tagħkom b’serenità, stiednu lil Alla fil-ħajja tagħkom. Aħdmu għall-għaqda bejn kulħadd. Aħna rċevejna l-istess magħmudija u ninsabu mexjin flimkien f’Ġesù rxuxtat.” Giroud rringrazzja liż-żgħażagħ għall-“preżenza” u għall-“entużjażmu” tagħhom.”

Huwa temm il-messaġġ billi qiegħed din il-mistoqsija liż-żgħażagħ: “Kieku Ġesù qieħed wieqaf quddiemkom, x’tixtiequ li tgħidulu?”

Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading