Bħas-soltu, fi tmiem kull Vjaġġ Appostoliku, wara r-ritorn tiegħu minn Lisbona, l-Papa Franġisku mar il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore biex jitlob u jirringrazzja lill-Madonna.
Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, l-Papa waqaf biex jitlob quddiem l-ikona ta’ Maria Salus Populi Romani, li ttieħdet ukoll Lisbona għall-WYD bħala wieħed mis-simboli – flimkien mas-Salib pellegrin – tal-avveniment kollu.

Qabel it-tluq tiegħu, l-Papa Franġisku kien ukoll żar il-Verġni Mbierka, biex jafda lilha t-42 Vjaġġ Appostoliku tiegħu u liż-żgħażagħ kollha li kienu se jipparteċipaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
Nhar it-Tnejn – għall-110 darba mill-bidu tal-pontifikat tiegħu, l-Qdusija Tiegħu mar quddiem ix-xbieha tal-Madonna, biex jirringrazzjaha tas-suċċess tal-pellegrinaġġ fl-art Portugiża, li għalih attendew aktar minn miljun u nofs żagħżugħ minn madwar id-dinja.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-08/at-santa-maria-maggiore-pope-thanks-blessed-virgin.html