Il-Papa jitlob għal dawk milquta minn diżastri naturali devastanti fis-Slovenja u fil-Ġeorġja.

Il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu lejn dawk li qed ibatu minn diżastri naturali u katastrofiċi fis-Slovenja u fil-Ġeorġja.

Lejn il-konklużjoni tal-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, fil -kummenti tiegħu lill-pellegrini li jitkellmu bit-Taljan, il-Papa fakkar li, fl-aħħar jiem, “seħħew fenomeni naturali drammatiċi fis-Slovenja u fil-Ġeorġja, li kkawżaw mewt u qerda materjali”. Qal li qed jitlob għall-vittmi:

“Nitlob għall-vittmi u nesprimi l-qrubija spiritwali tiegħi mal-familji tagħhom u ma’ dawk kollha li qed ibatu minn dawn id-diżastri”.

Il-Papa rringrazzja lil dawk kollha li qed joffru l-għajnuna, speċjalment lill-voluntiera.

Fi tmiem il-ġimgħa, s-Slovenja ntlaqtet minn xita qawwija li kisret ir-rekord. L-għargħar, affettwa liż-żewġ terzi tan-nazzjoni żgħir Ewropew, fejn mill-inqas sitt persuni tilfu ħajjithom u mijiet spiċċaw bla dar. Il-Ħamis li għadda, fil-Ġeorġja, valanga massiva ta’ art laqtet żona ta’ resort fil-muntanji Shovi tal-pajjiż, madwar 140 kilometru fil-majjistral ta’ Tbilisi, li fiha mill-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika dawwar l-attenzjoni tiegħu wkoll lejn l-Ukrajna u t-tbatija li dan il-pajjiż qed jgħaddi minnu, minħabba li hu mifni bil-gwerra. Waqt li fakkar li llum, 9 ta’ Awwissu, l-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein), martri u Patruna tal-Ewropa, l-Papa talab biex “ix-xhieda tagħha tistimula l-impenn għad-djalogu u l-fratellanza fost il-popli u kontra kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni”. Huwa feda “l-poplu għażiż Ukren” għall-interċessjoni tagħha:

“Fl-interċessjoni tagħha, nafdaw lill-għażiż poplu Ukren, biex ma jdumx ma jerġa’ jsib il-paċi”.                  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-08/pope-francis-appeals-for-natural-disasters-in-slovenia-georgia.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading