Il-Papa jafda t-talb għall-paċi f’idejn Marija, Mtellgħa fis-Sema

Fil-Festa tal-Assunta, waqt l-Angelus, il-Papa Franġisku qal: “nafdaw lil Marija, Mtellgħa fis-Sema, t-talba tagħna għall-paċi fl-Ukrajna u fir-reġjuni kollha”.

Huwa lmenta li hemm tant żoni tad-dinja milquta mill-gwerra, postijiet fejn “il-ħoss tal-armi jgħatti t-tentattivi ta’ djalogu” u “d-dritt tal-forza jegħleb fuq il-forza tad-dritt”. “Imma ejjew ma naqtgħux qalbna”, qal il-Papa. “Ejja nkomplu nittamaw u nitolbu, għax hu Alla, u Hu li jiggwida l-istorja, u li jismagħna.”

Is-Solennità ta’ Santa Marija hija l-vaganza ewlenija tas-sajf madwar l-Italja, b’mijiet ta’ nies jinġabru fi Pjazza San Pietru għall-Angelus. L-Papa sellem lil dawk kollha preżenti għall-festa tal-Madonna, fejn offra tislima speċjali għaż-żgħażagħ mid-Djoċesi ta’ Verona u għaż-żgħażagħ devoti lil Marija Immakulata.

Il-Qdusija Tiegħu awgura l-festa t-tajba lil kulħadd, u bħas-soltu, temm l-awguri billi talabhom biex jitolbu għalih.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-08/pope-entrusts-prayers-for-peace-to-mary-assumed-into-heaven.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading