Il-Kustodja tal-Art Imqaddsa: Qed tikber il-biża’ li l-Insara ta’ Gaża se jisparixxu

“Minħabba l-gwerra, qed nibża’ li l-komunità Nisranija, b’mod partikolari f’Gaża, qegħdha f’riskju li tisparixxi. Nittama li le. Iżda huwa perikoluż ħafna għall-insara li jibqgħu f’Gaża, imma sissa l-informazzjoni li għandna hija li l-insara huma siguri f’dan il-mument, iżda ma nafux l-evoluzzjoni matul il-jiem li ġejjin”. Din hija l-impressjoni li offra l-Kustodja tal-Art Imqaddsa, Fr. Francesco Patton OFM, f’intervista li ta lill-Osservatore Romano, fejn iddiskuta l-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza f’Gaża mill-Ħamas, li ħolqot allarm madwar id-dinja.

Fr. Patton qal lis-sitwazzjoni f’Ġerusalemm bħalissa hija surreali, bi ftit nies barra. “Is-sitwazzjoni fil-Belt il-Qadima f’dan il-mument hija xi ħaġa surreali, għax ma tara lil ħadd fit-toroq, il-pulizija biss jiċċekkjaw is-sitwazzjoni,” qal, “Jidher li erġajna lura għaż-żmien il-pandemija fin-naħa tan-Nofsinhar tal-pajjiż”.

L-Attakk tas-7 ta’ Ottubru mill-Ħamas wassal lill-Iżrael biex joħroġ dikjarazzjoni uffiċjali ta’ gwerra. L-operazzjoni militari bla preċedent tal-organizzazzjoni Iżlamista Palestinjana mill-art, l-baħar u l-ajru, hija meqjusa bħala l-aktar attakk terroristiku fatali fuq Iżrael fl-istorja moderna tagħha, allegatament qatlet madwar 900 Iżraeljan, inklużi ċivili, filwaqt li madwar 100 persuna ttieħdu bħala ostaġġi.

Fr. Patton spjega li ħafna nies jafu dwar dak li qed jiġri ġej minn sorsi onlajn, peress li m’għandhom “l-ebda preżenza tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa ħlief f’Jaffa u f’Ramle”. “Imma naħseb lis-sitwazzjoni, mill-ilħna li nisimgħu, hija sitwazzjoni ta’ gwerra”, L-Kustodja qal, “li mhux l-ibliet perikolużi kollha f’dan il-mument huma siguri”.

Dwar is-sitwazzjoni fin-nofsinhar ta’ Iżrael, Fr. Patton qal li l-uffiċċju tiegħu ftit li xejn għandu informazzjoni peress li l-Kustodja tal-Art Imqaddsa m’għandha l-ebda preżenza hemmhekk. Madankollu, huwa qal, “Naħseb li f’dan il-mument, is-sitwazzjoni mhix tajba”.

Fr. Patton esprima wkoll it-tħassib tiegħu għall-popolazzjoni Nisranija fl-Art Imqaddsa, b’mod speċjali fil-Medda ta’ Gaża. “L-popolazzjoni Nisranija hija dejjem popolazzjoni paċifika; bir-riskju li meta jqum xi kunflitt, konfronti u gwerra, tkun l-ewwel vittma wara kull gwerra”, qal. “Uħud mill-membri tal-komunità tagħna telqu mill-pajjiż”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/interview-with-custos-of-the-holy-land-fr-francesco-patton-ofm.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading