Kappillan f’Gaża jirrakkonta żewġ telefonati mill-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku qiegħed isegwi kontinwament dak li qed jiġri f’Gaża, billi qiegħed jikkuntattja bit-telefon lill-komunità Nisranija. L-Kappillan Patri Gabriel Romanelli qal lil Vatican News dwar iż-żewġ telefonati li rċieva mingħand il-Papa. Fr. Romanelli bħalissa jinsab Betlem u f’kuntatt kontinwu mal-fidili tal-parroċċa tiegħu. “L-Papa ċempilli ftit tal-minuti ilu”, qal. “Huwa esprima l-qrubija tiegħu u offra t-talb tiegħu”.

Fr. Romanelli qal li “rringrazzjah għas-sejħa tiegħu għal waqfien mill-ġlied u l-waqfien għal kull vjolenza, kull terroriżmu u kull gwerra”. L-Papa, żied jgħid Fr Romanelli, “irrid juri l-qrubija tiegħu, u qalli li se jċempel lill-komunità direttament permezz tal-vigarju tiegħi, li qed jgħin lin-nies li huma refuġjati fil-parroċċa”.  

Il-Parroċċa ta’ Gaża qed tilqa’ għandha madwar 150 persuna, li tilfu djarhom jew qed ifittxu post sigur mill-bumbardament, qal il-qassis imwieled l-Italja. Huwa nnota lir-rejds affettwaw iż-żona kollha, iżda qal li għad ma kien hemm l-ebda rapport ta’ mwiet jew ħsarat fost il-komunità Nisranija.

Sa nhar it-Tlieta, f’Gaża kollha, ġie rrappurtat li kien hemm aktar minn 770 ruħ li tilfu ħajjithom u 4,000 midruba, bħala riżultat tar-rejds Iżraeljani b’reazzjoni għall-attakki terroristiċi mill-Ħamas.

Fr Romanelli, qal, li nhar it-Tnejn, il-Papa Franġisku ċempillu, u spjega li l-Papa ried ikun jaf kif inhuma n-nies u l-parroċċa. L-Papa ta wkoll “il-barka tiegħu biex kulħadd jesperjenza l-qrubija tal-Knisja”.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/parish-priest-gaza-recounts-two-phone-calls-from-pope-francis.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading