“Kollox” għal-libertà tagħhom u li jkollhom “it-tfal lura d-dar”. F’laqgħa online li kellu mal-ġurnalisti, l-Kardinal Pierbattista Pizzabballa, l-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, wassal impenn mill-qalb għal-libertà u tħassib għall-ħelsien tat-tfal miżmuma ostaġġi mill-Ħamas. Huwa ddikjara, “Jien lest għal iskambju? Kull ħaġa, li tista’ twassal għal-libertà u ġġib lil dawk it-tfal lura d-dar, m’hemm l-ebda problema. Min-naħa tiegħi, rieda assoluta”.
Il-Kardinal Pizzaballa reġa’ poġġa l-offerta ta’ medjazzjoni tas-Santa Sede, u enfasizza x-xewqa li jiġu salvati l-priġunieri. Huwa nnota, “Aħna offrejna d-disponibbiltà tagħna tal-inqas biex nippruvaw inġibu l-ostaġġi lura, tal-inqas xi wħud minnhom, dan li qed nippruvaw nagħmlu. Huwa diffiċli ħafna, għax għall-medjazzjoni, jeħtieġ li jkollok interlokuturi. U f’dan il-mument, mhux possibbli li titkellem mal-Ħamas”.
Meta dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-possibbiltà li Iżrael jinvadi l-Medda ta’ Gaża, l-Kardinal Pizzabballa żvela tħassib doppju. “T-tħassib tiegħi huwa essenzjalment doppju: l-ewwel waħda hija, wara l-operazzjoni fuq l-art, ma nafx kif tissejjaħ, ħa tinħoloq il-kriżi umanitarja severa. Din hija l-ewwel biża’ peress li bla dubju se jkun hemm ħafna vittmi”. Imbagħad żied jgħid, “li l-biża’ l-oħra”, hija “li dan il-kunflitt isir kunflitt reġjonali, li ma jinvolvix biss il-Gaża jew possibilment ix-Xatt tal-Punent, iżda wkoll il-Libanu, allura d-dinja Iżlamika tista’ taqbad, il-pajjiżi Għarab kollha: Ma nafx, huwa diffiċli ħafna li wieħed ibassar l-iżviluppi, iżda l-biża’ tal-espansjoni reġjonali hija reali, u mhux l-uniku wieħed li qed ngħidha”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-10/cardinal-pizzaballa-latin-patriatch-jerusalmen-offering-peace.html
Pizzaballa: Xi ħaġa li tippermetti l-ostaġġi jiġu meħlusa