Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Mt 22, 34-40) jitkellem mill-ikbar kmandament: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu . . . u lil għajrek bħalek innifsek” (v. 37-39).
Il-Papa fl-Angelus jgħid li l-imħabba ta’ Alla dejjem tiġri qabilna, għax Alla qiegħed dejjem qribna u jieħu ħsibna. Il-Papa jgħid li bħalma tifel jitgħallem iħobb fi ħdan ommu u missieru, huwa biss fi ħdan Alla li nsibu dik l-imħabba li tgħinna nagħtu ruħna b’ ġenerożita lill-oħrajn. U meta nħobbu lill-oħrajn inkunu nħobbu lil Alla! L-imħabba hija qatra, li tista’ tbiddel ħafna affarijiet. Imma rridu nkunu aħna li mmiddu l-ewwel pass!
Tista’ l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid024staGVVJYmyYxfsFS881u28nvtNCCWy7AQomDFKLnV7CJGonutEGXnRXEaNY7qzXl