Il-fiduċja teħlisna!

Minn Daniel Borg

Il-parabbola mil-Vanġelu ta’ San Mattew toffrilna l-istorja tat-talenti (Mt 25, 14-30). Sid jitlaq għall-vjaġġ u jafda f’idejn tlett qaddejja tiegħu ħafna ġid, kullwieħed skont il-kapaċita’ tiegħu. Fl-Anġelus il-Papa jgħidilna li l-mod ta’ kif jużaw dan il-ġid, juri żewġ modi ta’ kif aħna nistgħu nersqu lejn Alla!

Tnejn minnhom jirdupjaw dan il-ġid, filwaqt li wieħed minnhom jidfnu, u ma jagħmel xejn bih. Dan tal-aħħar jibża’ minnu. Hu jara fih imħallef, u mhux xi ħadd li tant għandu stima kbira tiegħu li jafdah b’ħafna ġid! Din hi x-xbiha tiegħu ta’ Alla, ma għandux fiduċja fit-tjubija kbira tiegħu, u għalhekk jimblokka!

It-tnejn l-oħra differenti. Għalkemm ma jafux is-sid kif se jġib ruħu, huma għandhom fiduċja fih, u jużaw il-ġid li afdalhom b’mod prudenti imma kreattiv.

U din hi l-għażla li għandna quddiemna fil-konfront ta’ Alla: biża jew fiduċja. Ilkoll irċevejna ħafna doni u grazzji minn għand Alla. Imma l-mod ta’ kif nużawhom jgħidilna l-Papa, jiddependi mil-mod ta’ kif aħna nħarsu lejn Alla. Huwa biss meta aħna nħossu l-fiduċja ta’ Alla u nħossuna ħielsa li nistgħu nużaw dan il-ġid b’mod tajjeb.

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02AEiLUdjcMfbNSxRkAXMLR29yU4K3VZgkMuEP9srXAob5FgKgqVoYzwfvKbb2K1irl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading