Il-Ħajja f’Għawdex, Diċembru 2023

Ħarġa Nru 1053

Id-dinja kollha f’dan iż-żmien tal-Milied qiegħda tfakkar it-800 sena minn meta San Franġisk ta’ Assisi beda fi Greccio l-ewwel rappreżentazzjoni ħajja tal-Presepju: dan hu rifless fil-qoxra ta’ din l-aħħar ħarġa ta’ Il-Ħajja f’Għawdex għas-sena 2023.

Imma hemm anniversarji oħra li jingħataw attenzjoni: il-175 tal-istatwa grazzjuża tal-Kunċizzjoni fir-Rabat u l-100 sena tal-kwadru għażiż tal-Madonna tas-Saħħa fil-Qala. Intervista interessanti hi ma’ Francis Camilleri li jpitter b’ħalqu, waqt li mill-album tal-Gwerra l-espert Charles Bezzina jaqla’ t-tema tal-propaganda anti-Taljana; Joe Schirò jwassal lejn tmiemha serje interessanti ħafna fuq ‘kartografija Għawdxija’. Bħal kull ħarġa ta’ Diċembru, din tinkludi werrej ġenerali tal-materjal kollu li deher fl-aħħar sena, xhieda ta’ kemm ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tista’ tinġabar f’enċiklopedija illustrattiva tal-gżira.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading