Minn Joe Galea
Kien idoqq kull fil-għaxija
fid-dverni tal-villaġġ;
kien xwejjaħ mingħajr destin;
ma kellu ‘l ħadd li jħobbu;
u ħassu waħdu.
Il-kitarra, qadima aktar minnu,
bħal siġra mingħajr weraq,
kien iħobbha aktar minn kollox
għax ħliefha xejn ma kellu.
Imbagħad il-kor kollu tal-anġli
kantaw għanja ta’ paċi u ta’ mħabba;
u x-xwejjaħ beka bil-ferħ;
u sa fl-aħħar kien ferħan.
Fil-lejla tal-Milied,
meta ħassu aktar waħdu,
waqaf ħdejn għalqa
mal-borra li kienet nieżla.
B’idejh kesħin silġ
beda jdoqq mużika tas-sema;
u ma ħassux iktar waħdu.
Il-vjolini kollha tas-sema
akkumpanjaw il-kitarra qadima,
u l-univers kien f’kunċert wieħed
waqt li l-kwiekeb semgħu fis-skiet.
Imbagħad il-kor kollu tal-anġli
kantaw għanja ta’ paċi u ta’ mħabba;
u x-xwejjaħ beka bil-ferħ;
u sa fl-aħħar kien ferħan.