Emmnu li l-paċi u d-djalogu huma possibbli

Il-Kardinal Filoni fl-Art Imqaddsa: “Jekk jogħġobkom emmnu li l-paċi u d-djalogu huma possibbli”

Fl-għeluq ta’ pellegrinaġġ ta’ ġimgħa għall-paċi fl-Art Imqaddsa, l-Kardinal Fernando Filoni qal lir-Radju Vatikan liż-żjara tiegħu kellha l-għan li tappoġġja dak li qed tagħmel il-Knisja għall-paċi fi żmien li fih “il-poplu Iżraeljan u dak Palestinjan huma feruti u qed ibatu profondament”. Il-Gran Mastru tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru qatta’ dawn l-aħħar sebat ijiem mal-mexxejja tal-Knisja u l-fidili jżuru s-Siti Mqaddsa u kkonċelebra Quddiesa mal-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm u saċerdoti oħra.

Jakkumpanjaw lill-Kardinal fil-pellegrinaġġ tiegħu, kien hemm l-Ambaxxatur Leonardo Visconti di Modrone u Francois Vayne, Gvernatur Ġenerali u Kap tal-Komunika tal-Ordni Ekwestri. Il-Kardinal qal:

“Rridu naqsmu u nuru li l-paċi hija possibbli, lid-djalogu huwa possibbli. Nixtiequ ngħidu lil kulħadd: jekk jogħġobkom emmnu fih!”

Waqt li spjega li l-preżenza tiegħu, u dik ta’ sħabu, “hija sinjal ta’ solidarjetà”, nnota li “fi żmien fejn ħadd mhu qed jiġu hawn, irridu nuru li jista’ jkun possibli li nerġgħu nkunu hawn, u nerġgħu nagħtu l-ħajja u l-għajxien lil tant li jiddependu fuq il-pellegrinaġġi u turiżmu reliġjuż”. “Ix-xokk” soċjo-ekonomiku tal-gwerra bejn l-Iżrael u Gaża diġa’ waslu għall-mijiet ta’ eluf ta’ Palestinjani fil-faqar, bi tnaqqis kbir fl-ekonomija, u telf ta’ mijiet ta’ mpjiegi b’effetti drammatiċi probabbli fit-tul fuq Gaża u fuq ix-Xatt okkupat tal-Punent. Ma rridux inkunu ma’ “wieħed jew mal-ieħor”, kompla l-Kardinal,

“Irridu nkunu bejnietna flimkien: Mhux wieħed kontra l-ieħor, imma wieħed mal-ieħor”.

Bħala Kattoliċi u bħala Knisja, żied il-Kardinal Filoni, dan hu l-messaġġ li għandna nwasslu, messaġġ li nimxu id f’id mal-fidi tagħna li Alla jista’ jgħinna. “Dan hu l-post fejn Ġesù qam mill-imwiet. Li tqum ifisser tama, futur”, qal. Il-Gran Mastru temm jgħid li l-Insara għandhom id-dmir “li jsostnu din l-art, l-Art Imqaddsa, li jgħinuha terġa’ tqum, u li jkollhom il-possibbiltà li juru lid-dinja li l-paċi fost in-nies hija possibbli. Qegħdin hawn biex ngħidu: Il-Paċi hija possibbli. Aħna nemmnu fiha. Għalhekk aħna qegħdin hawn”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2024-01/cardinal-filone-pilgrimage-peace-holy-land-israelis-palestinians.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading