Il-Papa Franġisku inawgura Sena ta’ Talb qabel il-Ġublew 2025, fejn appella lill-fidili “biex jintensifikaw it-talb biex iħejjina biex ngħixu tajjeb din il-ġrajja ta’ grazzja u nesperjenzaw il-qawwa tat-tama ta’ Alla”.

F’rimarki wara l-Angelus tal-Ħadd, il-Qdusija Tiegħu spjega li s-Sena tat-Talb hija ddedikata “biex niskopru mill-ġdid il-valur kbir u l-ħtieġa assoluta tat-talb, talb fil-ħajja personali, fil-ħajja tal-Knisja, u talb fid-dinja”. Żied jgħid lid-Dikasteru għall-Evanġelizzazzjoni se jkun qed iħejji materjal li jgħin biex niċċelebraw din is-Sena.
Ara aktar fuq il-Ġublew 2025: Pellegrini tat-Tama …
Il-Papa stieden lill-Insara biex jitolbu b’mod speċjali għall-għaqda tal-Insara, u “biex ma jgħajjewx jitolbu lill-Mulej għall-paċi fl-Ukrajna, f’Iżrael u l-Palestina, u f’tant partijiet oħra tad-dinja,” inkluż l-Ekwador. Għal darb’oħra enfasizza li dawk li qed ibatu l-aktar minn nuqqas ta’ paċi huma l-aktar dgaħjfa fostna. “Naħseb fiċ-ċkejknin”, qal il-Papa Franġisku, “l-ħafna tfal li huma feruti u maqtula, dawk li huma mċaħħda mill-affezzjoni, imċaħħda mill-ħolm tagħhom u l-futur tagħhom”. “Ejjew ilkoll inkunu konxi tar-responsabbiltà tagħna li nitolbu u li nibnu l-paċi għalihom!”
Filwaqt li ffoka fuq in-nazzjoni tal-Ħaiti, l-Papa Franġisku qal, “b’sogħba smajt l-aħbar tal-ħtif, f’Ħaiti, ta’ grupp ta’ nies, inkluż sitt sorijiet reliġjużi”. L-Papa appella “bil-ħerqa” għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha, filwaqt li talab għal “armonija soċjali” fil-pajjiż. “Nappella lil kulħadd biex titwaqqaf il-vjolenza”, qal, “li tikkawża tant tbatija lil dik il-popolazzjoni għażiża”.
Il-ħtif seħħ nhar il-Ġimgħa, fil-kapitali tal-Ħaiti, meta rġiel armati waqqfu minibus u ħadu lill-passiġġieri ostaġġi.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-highlights-the-great-value-and-absolute-need-for-prayer.html