Mitt sena ilu l-‘Bambino Gesù’ sar l-isptar tal-Papa

Fl-1869, id-Dukessa u d-Duka Scipioni waqqfu l-isptar pedjatriku Bambino Gesù. Id-dar tagħhom fiċ-ċentru ta’ Ruma, bi 12-il sodda tagħha sar l-ewwel sptar tal-belt iddedikat għat-tfal. Imbagħad, fl-20 ta’ Frar 1924, l-isptar ingħata lis-Santa Sede, li sar “l-isptar tal-Papa”, u li hu punt ta’ referenza għall-kura tat-tfal morda f’Ruma u madwar id-dinja.

Sa dan iż-żmien, l-isptar kien diġà rilokat fil-kunvent antik ta’ Sant’Onofrio fuq l-Għolja tal-Gianicolo. Wara li ċċaqlaq fl-1887, inqas minn għaxar snin wara li twaqqaf, l-isptar jibqa’ hemm sal-lum, għalkemm huwa mistenni li jerġa’ jiċċaqlaq fl-2030, fejn darba kien hemm l-isptar “Forlanini”.

Qabel id-donazzjoni lis-Santa Sede, 33,000 tifel u tifla kienu diġà ddaħħlu l-isptar Bambino Gesù. L-isptar kien diġà ffaċċja bosta emerġenzi, fosthom il-konsegwenzi tat-terremot ta’ Avezzano fl-1915, li fih iddaħħlu 420 tifel u tifla, u l-epidemija tal-influwenza Spanjola matul il-Gwerra l-Kbira fl-1918, li matulha ddaħħlu 300 tifel u tifla l-isptar.

L-ewwel Papa li żar l-isptar kien il-Papa Ġwanni XXIII fl-1958, segwit minn Pawlu VI fl-1968, minn Ġwanni Pawlu II fl-1979, minn Benedittu XVI fl-2005, u mill-Papa Franġisku fl-2017. L-Isptar Bambino Gesù issa huwa l-akbar poliklinika u riċerka pedjatrika fiċ-ċentru tal-Ewropa, u huwa marbut ma ċentri internazzjonali ewlenin fil-qasam tat-tfal.

Fl-2022 biss, l-isptar irreġistra aktar minn 95,000 fl-emerġenza tal-isptar; 29,000 iddaħħlu fl-isptar; 32,000 proċedura kirurġika u ta’ intervent, 2,500,000 servizz outpatient: waħda mill-aktar stroja ta’ każijiet pedjatriċi sinifikanti fl-Ewropa. Aktar minn 30% tad-dħul kienu pazjenti minn barra r-reġjun ta’ Lazio, filwaqt li 14% kienu ċittadini barranin. Sal-2023, 18,000 tifel u tifla b’mard rari kienu ġew ittrattati u kkurati.

“Ipperċepejt li aktar minn sptar din hija familja”, hekk qal il-Papa Franġisu wara li tkellem mat-tfal u l-istaff tal-Isptar Bambino Gesù fl-2017. Il-Papa Franġisku, wkoll huwa parti minn dik il-familja. Huwa żar it-tfal fl-isptar, li min-naħa tagħhom bagħtulu ittri u tpinġijiet. L-isptar pedjatriku Bambino Gesù mhux magħrfu biss bħala “l-isptar tal-Papa” għax huwa tas-Santa Sede, imma għax l-imħabba u l-kura li l-Papa għandu lejn l-istabbilment hija ċara u vera, u t-tfal jafuha wkoll.      

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2024-02/one-hundred-years-bambino-gesu-hospital-holy-see-family.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading