Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 2,13-25) jitkellem mit-tkeċċija tal-bejjiegħa mit-tempju fejn jgħidilhom: “dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” (v.16). Fl-Angelus il-Papa jirrifletti fuq dak li għandha tkun id-dar, u dak li għandu jkun is-suq.
Fis-suq kulħadd jilgħab fuq il-prezz, u jaħseb fl-interessi tiegħi. Fid-dar ħadd ma jaħseb fl-interessi tiegħu u kulħadd jagħti b’mod ġeneruż mingħajr ma jistenna xejn lura. Ġesu ma jridx li r-relazzjoni tagħna ma’ Alla u mal-oħrajn tkun waħda kummerċjali fejn nikkalkulaw kollox, imma waħda familjari fejn inħobbu mingħajr ma nistennew xejn lura.
Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq il-facebook bill tagħfas fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02q8BPdpSCkAcXigNCCs7CLFJyoF4qfEXnR6NhPcjry4ybQ67wPvSx8j2XMkZQprmql