Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 12, 20-33) jurina li l-glorja ta’ Alla tidher fuq is-salib! Fl-Angelus illum il-Papa jgħidilna li l-glorja għal Alla ma tfissirx is-suċċess, il-fama, u l-popolarita’. Il-glorja għalih tfisser l-għotja sħiħa tiegħU nnifsU li saret fuq is-salib. Minn fuq is-salib Ġesu jurina li huma biss l-għotja u l-maħfra li jagħtuna ferħ li ma tintemm qatt. Bil-kuntrarju l-glorja ta’ din id-dinja twassal għall-firda, in-nuqqas ta’ ftehim, u l-għira. X’glorja rrid għalija nnifsi?
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02ysU8bShA8knGf5xRtzGyjSz69eANqmK25UpqXJJrr3zRXox43pkSxo5gUyEf6qJGl