MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
GĦALL-61 JUM DINJI TA’ TALB
GĦALL-VOKAZZJONIJIET
[21 ta’ April 2024]
Il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet iġorr fih it-timbru tas-sinodalità: Poplu f’Mixja
Ara l-messaġġ kollu tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb gżall-Vokazzjonijiet …
Polifonija tal-kariżmi u tal-vokazzjonijiet … bħala poplu ta’ Alla miexi fit-toroq tad-dinja … ma aħniex gżejjer magħluqa fina nfusna, imma aħna parti mill-kollox. Ħafna huma l-kariżmi u aħna msejħin nisimgħu lil xulxin u nimxu flimkien biex niskopruhom u biex ngħarblu għal xiex l-Ispirtu qed isejħilna għall-ġid ta’ kulħadd.
Pellegrini tat-tama u bennejja tal-paċi
Pellegrini għax imsejħin: imsejħin biex inħobbu lil Alla u nħobbu lil xulxin. Hekk, il-mixja tagħna fuq din l-art ma tispiċċa qatt ħafna taħbit bla skop jew ġiri fil-vojt; bil-maqlub, ta’ kuljum, aħna u nwieġbu għas-sejħa tagħna, infittxu li nagħmlu l-passi possibbli lejn dinja ġdida, fejn ngħixu fil-paċi, fil-ġustizzja u fl-imħabba. Aħna pellegrini tat-tama għax mexjin lejn futur aħjar u qed inħabirku biex nibnuh aħna u mexjin.
Fl-aħħar mill-aħħar, dan hu l-għan ta’ kull vokazzjoni: li nsiru bnedmin ta’ tama. Bħala individwi u bħala komunità
Ara l-messaġġ kollu tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb gżall-Vokazzjonijiet …

