Ġwanni Pawlu II mad-Dipendenti ta’ Vilel ta’ Castel Gandolfo

QUDDIESA GĦAD-DIPENDETI TAL-VILEL TA’ CASTEL GANDOLFO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 17 ta’ Luljiu 1983

Għeżież ħuti!

1. Jiena kuntent bil-preżenza tagħkom tallum madwar il-Mejda ewkaristika, li tgħaqqad lil kulħadd f’rabta waħda tal-fidi. Kienet ħaġa ġusta li niltaqgħu flimkien għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa, biex inwettqu u nikkonfermaw komunjoni reċiproka, li, min-naħa tagħkom, tinvolvi bla dubju dawk is-sentimenti ta’ devozzjoni u ta’ aċċessjoni mal-Knisja u mal-Papa, li janimaw ix-xogħol tagħkom, u li, min-naħa tiegħi, hija sinjal ta’ stima u ta’ rikonoxxenza għalikom ilkoll , għeżież dipendenti tal-Vilel pontifiċji. Insellem lilkom u lill-familjari tagħkom, u nesprimilkom l-apprezzament ħaj tiegħi għal dak li tagħmlu jum wara jum, skont l-okkupazzjonijiet rispettivi tagħkom f’din il-vaganza tas-Sajf tal-Isqof ta’ Ruma.

Irrid iżda minnufih inżid li t-twettiq ta’ xogħlkom mhuwiex biss ħaġa terrena. Ladarba San Pawl iwissi lill-insara biex jagħmlu “kollox għall-glorja ta’ Alla” (1 Kor 10, 31), dan jgħodd ukoll għalikom. In-nisrani għandu jkun tali dejjem, f’kull okkażjoni, f’kull xogħol, kwalunkwè attività li jwettaq. Ma kullimkien huwa għandu jwassal l-eċċitament u l-istimulu tal-fidi tiegħu. Minħabba dan, ħajjitkom ukoll għandha titqiegħed taħt it-tmexxija tal-Kelma ta’ Alla, u fid-dawl tagħha għandha dejjem tiżviluppa ruħha u timatura.

Mill-bqija, il-Liturġija tal-Kelma ta’ dan il-Ħadd tistedinna propju biex nagħtu attenzjoni speċjali għal dan il-komponent essenzjali tal-identità nisranija tagħna.

2. Smajna jinqara mill-Vanġelu skont San Luqa l-episodju magħruf u istruttiv taż-żewġ aħwa, Marta u Marija, li jum fost l-oħrajn laqgħu lil Ġesù f’darhom. Waħda, Marta, “kien moħħha mimli b’ħafna ħwejjeġ” (Lq 10, 40), tant li kważi tasal li tittraskura l-preżenza hekk qrib tal-Imgħallem: eżempju ta’ ġenerożità eċċessiva, li jimportaha iktar mill-attivitajiet esterni, milli li tirrendi ruħha sensibbli għas-sinifikat trasformanti ta’ dak, li huwa preżenti biex jinstemà u biex jiddubita lil kull wieħed u waħda minna.

Marija, iżda. “bilqiegħda f’riġlejn Ġesù, kienet tismà kelmtu” (Lq 10, 30). U huwa propju dan l-atteġġjament, saħansitra kuntrarju għal dak preċedenti, li jirċievi l-eloġju ta’ Ġesù. F’Marija, infatti, huwa ppersonifikat id-dixxiplu attent u għassies:  mhux tant dak li huwa għassies fuqu nnifsu, li xorta tkun forma ta’ irtir fil-personalità tiegħu stess, daqs dak li jittieħed mill-preżenza u mill-kelma tal-Mulej, sal-punt li jinsa lilu nnifsu. Il-veru dixxiplu, infatti, ma jaħsibx dwaru, imma minnufih u qabel kollox idur lejn Imgħallmu u bħal jinġarr lejh, skont moviment li kważi jwasslu li joħroġ minnu nnifsu; imrażżan minn kelmtu, huwa jagħmel parti minn dawk, li Ġesù jsejjaħ “imberkin”, għaliex “jisimgħu l-kelma ta’ Alla u josservawha”(Lq 11, 28).

 Hawn hu għaliex Ġesù jwissi b’mod ta’ mħabba lil Marta: “Ħaġa waħda biss hi meħtieġa. Marija għażlet il-parti t-tajba, li mhix se titteħdilha” (Lq 10, 42). Din is-sentenza tiftiehem fuq livell doppju: minn banda, din talludi għat-talba ta’ sempliċità tal-mejda, li Ġesù f’dik l-okkażjoni ma riedx li tkun imħejjija b’mod eċċessiv,  mill-banda l-oħra, huwa jopera t-tranżizzjoni għal sinifikat iktar profond, li jikkonċerna l-ħajja spiritwali: ukoll f’dan il-qasam mhux meħtieġ affattu, anzi jistà jkun perikoluż, li wieħed jintilef fuq tentattivi differenti u jfittex minn bosta minn wisq partijiet l-ispirazzjoni unifikanti ta’ ħajtu nterna. “Ħaġa waħda biss hija meħtieġa”, u hija l-atteġġjament ta’ Marija, magħmul mis-smigħ tal-kelma ta’ Ġesù, bl-għajnejn u l-qalb mdawrin lejh, mhux biss attenti imma disponibbli għal dak li hu jgħid. Bħalma jitlob is-salmista: “ Lejk, Mulej Alla tiegħi, huma mdawra għajnejja; fik rifuġju tiegħi, ipproteġi lil ħajti” (Sal 141, 8).

3. Għeżież ħuti! Ejjew infittxu li nġorru f’ħajjitna ta’ kuljum din il-lezzjoni tal-Vanġelu ta’ Luqa. Jalla ebda kelma oħra li tiġi minn liema naħa tiġi, ma taljenana mill-attakkament tal-fidi u tal-imħabba lejn Ġesù Kristu. Ejjew niksbu minn leħnu l-qawwa meħtieġa biex niffaċċjaw u negħlbu d-diffikultajiet kollha, li jfixkluna f’mixjietna. Biex nagħmlu dan ejjew nilqgħuh fi djarna, kif appuntu għamlu Marta u Marija, u ejjew nerrfgħulu l-post tal-unur li jistħoqqlu. Mill-preżenza tiegħu u mid-disponibiltà tagħna jitnissel u jitqawwa s-sens tal-eżistenza tagħna, u joħroġ il-ferħ li dejjem jinħtieġ biex jirrendi iktar ferrieħ il-vjaġġ tal-ħajja.

U jiena kuntent li nassigurakom tifkira speċjali fit-talb għall-bżonnijiet tagħkom kollha, u b’mod speċjali għall-familji tagħkom, waqt li bil-qalb, fi tmiem din il-Quddiesa, se nagħtikom il-barka, propizjatorja ta’ favuri ċelesti abbundanti fuqkom u fuq dawk kollha għeżież għalikom.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading