Inħallu lil Ġesu jmiss it-tbatijiet tagħna

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum jitkellem minn Ġesu’ li jfejjaq mara li tkun qed tbati mit-tnixxija tad-demm, u li jqajjem mill-mewt it-tifla ta’ Ġajru, il-Kap tas-sinagoga (Mk 5, 21-43). Il-Papa fl-Angelus jsejħilna biex fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ mirakli nżommu f’qalbna din ix-xbieha: Alla hu dak li jżommna minn idejna u jerġa’ jerfagħna, Alla huwa dak li jħallik tmissu bit-tbatija tiegħek u li jmissek biex jagħtik il-fejqan u jerġa’ jagħtik il-ħajja.

Huwa ma jiddiskrimina ma’ ħadd u jħobb lil kulħadd. U l-Papa jagħmel ftit mistoqsijiet: Inħallu lil Alla jmissna bl-imħabba u l-Kelma tiegħu? Inħallu lil kulħadd jidħol f’relazzjoni magħna billi nagħtuhom daqqa t’id ħa jerġgħu jqumu fuq saqajhom, mingħajr preġudizzju għall-ħadd? U f’dan il-kuntest il-Papa jistieden lill-Knisja biex tilqa’ fiha lil kulħadd mingħajr preġudizzju.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0bqDypTC4u6xa7xhuEVmfBn9RRHfNrLvCZpVx9QV9KVfdaZXh145Gmhquoq5n3o5gl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading