Minn Joe Galea
Meta kien tifel, il-plejer żagħżugħ fit-tim tal-Ingilterra, Marc Guehi kien iħobb idoqq id-drums fil-knisja. Ir-reliġjon tant kienet important għalih li nhar ta’ Ħadd ma kienx jilgħab futbol.
Ilbieraħ meta kien qed jipprepara għal-logħba fl-Euro 2024 kontra s-Slovakja, sar jaf li missieru John mhux se jarah għax ried imexxi servizz fil-knisja ġo Lewisham, Londra. Ibnu Mark qal: “Is-soltu Alla jiġi l-ewwel. Nistenna li jkun il-knisja, imma forsi jlaħħaq. Iktar tard nibgħatlu messaġġ.” X’eżempju għalina biex ma nħallux tgħaddi l-ġurnata tal-Ħadd mingħajr ma nkunu ħadna sehem fil-Quddiesa.