Il-Kardinal Hollerich: L-abbati huwa ta’ servizz lil Alla u lill-oħrajn

Din il-ġimgħa, madwar 50,000 abbati se jkunu f’Ruma, bħala parti minn pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għat-tfal subien u bniet. Dan il-pellegrinaġġ qed isir mid-29 ta’ Lulju sat-3 ta’ Awwissu, fejn il-parteċipanti se jżuru l-erba’ Bażiliċi papali ta’ Ruma, u jiltaqgħu mal-Papa Franġisku f’udjenza speċjali fi Pjazza San Pietru.

Il-maġġoranza tal-abbatini li se jattendu – madwar 35,000 – ġejjin mill-Ġermanja iżda se jkun hemm ukoll parteċipanti minn pajjiżi oħra Ewropej, inklużi l-Awstija, l-Kroazja, l-Ungerija, s-Slovakkja u l-Ukrajna. Il-Kardnal Jean-Claude Hollerich SJ, Arċisqof tal-Lussemburgu, se jkun qed jakkumpanja lill-pellegrini matul din il-ġimgħa kollha.

Waqt intervista ma’ Vatican News, il-Kardinal beda billi nnota lit-tema tal-pellegrinaġġ hija “Magħkom” (Is 41:10). “Miegħek”, qal il-Kardinal Hollerich, huwa l-ewwelnett Alla: “Kristu, li aħna naqdu fil-liturġija.” Madankollu, testendi wkoll għall-“grupp ta’ ħbieb” li qed jagħmlu l-pellegrinaġġ flimkien. “‘Miegħek’, għandha tifsira usa’,” qal il-Kardinal, “għax ma nistgħux naqdu lil Kristu mingħajr ma naqdu lil ħutna.”

F’dan ir-rigward, suġġett partikolarment importanti li l-abbatini se jiffokaw fuqu – peress li huma l-aktar adoloxxenti – qal il-Kardinal Hollerich, huwa l-bullying. Il-prelat saħaq li l-internet biddel il-bullying f’“xi ħaġa orribbli.” L-abbatini, qal, “qatt m’għandhom jibbuljaw, imma dejjem ikunu fuq in-naħa tal-aktar dgħajfa fil-klassi jew fil-post tax-xogħol tagħhom.”

Il-Kardinal temm l-intervista billi ddiskuta l-laqgħa li l-pellegrini se jagħmlu mal-Papa Franġisku, li se tara l-50 elf kollha miġbura fi Pjazza San Pietru. Din il-laqgħa, qal il-Karidanl Hollerich, se tkun mument biex “nisimgħu t-testimonjanza tal-Papa, u niġu mħeġġa minnu biex ngħixu dan is-servizz tal-artal, bħala servizz lil ħutna madwar id-dinja.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2024-07/international-pilgrimage-of-altar-servers-jean-claude-hollerich.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading