Ġwanni Pawlu II f’quddiesa funebri għall-Kardinal Umberto Mozzoni

QUDDIESA FUNEBRI GĦALL-KARDINAL UMBERTO MOZZONI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħamis, 10 ta’ Novembru 1983

1. “Bħalma għażżiela  tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma / hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla. / Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj, / Meta niġi u nara wiċċ Alla?” (Sal 42, 2-3).

Din l-espressjoni hekk poetika u kommoventi tas-Salm responsorjali, għeżież ħuti, tqiegħed f’evidenza meraviljuża l-karatteristika fundamentali tan-nisrani konvint u fidil, u jiġifieri s-sens tal-istennija anzjuża u trepidanti tal-laqgħa finali ma’ Alla. In-nisrani huwa persuna li tistenna, għassiesa u għatxana tal-Imħabba, tas-Sbuħija, tal-Feliċità, tal-Għerf ta’ Alla: “Meta se niġi u nara wiċċek?” Nistgħu ngħidu li l-kliem tas-Salm jikkaratterizza tajjeb ħafna l-ħajja tal-Kardinal Umberto Mozzoni, li fuq l-għatba tat-tmenin sena ħalliena, wara li dejjem qeda lill-Knisja u lill-erwieħ fil-prospettiva tal-eternità.

Waqt li ninsabu hawn miġbura madwar it-tebut tal-maħbub Ħuna għal din iċ-ċerimonja mdejqa ta’ addijo, hija ħaġa naturali li niftakru wkoll biss bil-għaġġla l-attività u l-personalità tiegħu. Imwieled fi Buenos Aires minn ġenituri Taljani emigrati fl-Arġentina, reġà lura, għadu tifel, fl-Italja, fejn daħal fis-Seminarju minuri ta’ Maċerata u mbagħad fis-Seminarju maġġuri Ruman. Ordnat saċerdot fl-1972, kompla għaddej bl-istudji fl-Università Pontifiċja Sant’Apollinare u fl-iStudium Urbis, fejn kiseb lawrji fil-Filosofija u fit-Tejoloġija u “in utroque Iure”. Lura f’Maċerata fl-1935, kien kappillan u għalliem tat-tejoloġija u tad-dritt kanoniku fis-seminarju dijoċeżan lokali, sa meta kien imsejjaħ biex jifforma parti mis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede. Wettaq l-opra tiegħu fin-Nunzjaturi apostoliċi fil-Kanada, fl-Ingilterra u fil-Pportugal. Imbagħad, fl-1954, kien innominat Arċisqof u Nunzju fil-Bolivja. F’dak in-Nazzjon, kif suċċessivament fl-Arġentina u fil-Brażil, li fihom kien Rappreżentant pontifiċċju għal snin twal, ta prova tal-ispirtu saċerdotali li kien jispira l-attività tiegħu, minbarra d-doti ta’ finezza, ta’ intelliġenza u ta’ dedika għad-dmir li kienu jikkaratterizzawh.

It-tjubija ta’qalbu, il-manjieri tiegħu sempliċi u kordjali, l-ispirtu tiegħu ta’ karità rrendewh popolari fl-ambjenti kollha, li fihom il-Providenza sejħitlu. Fil-Brażil iddistingwa ruħu b’mod partikolari fl-opra mwettqa bħala sosten tal-missjunarji, b’mod speċjali ta’ operanti fil-foresti Amażżoniċi.

Kullimkien ħadem ħafna biex jippromwovi s-sehem tal-lajkat fl-apostolat u fil-ħajja tal-Knisja. Barra minn dan dejjem kellu attenzjoni attenta għall-problemi soċjali. Fil-Konċistorju tal-5 ta’ Marzu 1973, kien innominat Kardinal minn Pawlu VI. Dan l-aħħar perijodu ta’ ħajtu kien ugwalment intens bl-attività għas-servizz imwettaq bħala President tal-Kummissjoni kardinalizja għas-Santwarji pontifiċji ta’ Pompei u ta’ Loreto, imma fuq kollox għall-kollaborazzjoni pronta offruta bħala membru ta’ diversi Kongregazzjonijiet tal-Kurja Rumana u tat-Tribunal Suprem tas-Senjatura Apostolika.

2. Bħala saċerdot, bħala Isqof u fl-aħħar bħala Kardinal, huwa għal eluf ta’ drabi avviċina l-altar tal-Mulej biex joffri s-Sagrifiċċju Ewlaristiku  u jġedded il-konsagrazzjoni tiegħu għas-servizz tal-erwieħ: “Nersaq lejn l-altar ta’ Alla, għand Alla tal-hena tiegħi, tal-ferħ kbir tiegħi!” (Sal 41, 4). Issa din id-donazzjoni twila u bla heda ntemmet biex tinfetaħ għall-ferħ bla tmiem, wegħda ta’ Kristu lil dawk li jħobbuh u jsegwuh. Imma wkoll jekk l-opri tiegħu issa daħlu fil-passat, jibqà għalina t-tagħlim tal-fidi tiegħu u ta’ ħajtu orjentata lejn Kristu Ġesù sa minn żgħożitu.

It-tema itturmentata u ewlenija ta’ ħajtu kienet il-prospettiva ultraterrena u traxxendenti, skont il-kelma ta’ Ġesù: “Jiena hu l-qawmien u l-ħajja”. Għalina lkoll, kif għall-umanità tturmentata u inkwetata kollha minn tant dellijiet u minn tant kuntrasti, iż-żagħżugħ bilqegħda fuq il-lemin tal-qabar – skont ir-rakkont tal-evanġelista Marku li għadna kemm smajna – jgħid: “La tibżgħux! Intom qegħdin tfittxu lil Ġesù Nażżarenu , il-mislub. Irxoxta, mhuwiex hawn!” (Mk 16, 6). Ma jmissniex nibżgħu: Kristu rxoxta: Aħna wkoll għad inqumu glorjużi u għal dejjem! Hemm bżonn li nemmnu, nittamaw, inħobbu kuljum u kull waqt, b’żelu u b’kuraġġ; ma nitilfux żmien, ma nintilfux fuq kwistjonijiet vojta; ma nitfux il-lampa taċ-ċertezza billi nidħlu fid-dlamijiet tal-iżbalji duttrinali jew ta’ assunzjonijiet tat-torturi. Għandna ngħixu ħajjitna fil-prospettiva tal-eternità glorjuża, konvinti – kif saħaq il-profeta Iżaija – li “il-Mulej qered il-mewt għal dejjem, Il-Mulej Alla jixxotta d-dmugħ fuq kull wiċċ . . . Hawn hu Alla tagħna: fih ittamajna, sabiex isalvana; dan huwa l-Mulej li fih ittamajna: nifirħu u nithennew!” ( 25, 8-9).

Quddiem il-katavru ta’ ħuna, li diġa ppreżenta ruħu għall-ġudizzju tal-ħniena ta’ Alla, iddoqq ammonitriċi u wkoll konsolatriċi l-kelma tal-appostlu li jfakkar lilna lkoll l-impenji tal-evanġelizzazzjoni u tax-xhieda: “Il-Kelma ta’ Alla mhijiex marbuta! Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ glorja għal dejjem. Fi Kristu Ġesù. Din hija kelma ta’ min joqgħod fuqha. Jekk aħna mitna miegħu għad ngħixu miegħu; jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll!” (2 Tm 2, 9-12).

3. Fis-sollennità ta’ San Iljun il-Kbir, li llum qegħdin niffesteġġjaw, u li tiegħu din il-Bażilika tippreserva r-relikwi, nixtieq nikkonkludi bil-kelma awtorevoli tal-Papa glorjuż: “Eħilsu lilkom infuskom minn kull biżà uman – kien jgħid lill-fidili ta’ żmienu – u armaw ruħkom bis-saħħa li mill-fidi . . . Ħadd ma jazzarda jistħi mis-salib ta’ Kristu, li bih id-dinja ġiet mifdija. Ħadd ma jaħsibha li jbati għall-kawża tal-ġustizzja, linqas jiddubita li jirċievi il-premju mwiegħed, ladarba huwa x-xogħol li jwassal għall-mistrieħ, hija l-mewt li twassal għall-ħajja. Kristu għamel tiegħu ċ-ċokon tagħna u d-dgħufija tagħna, għalhekk jekk nibqgħu miegħu magħquda fli nistqarruh u fli nħobbuh, aħna niksbu r-rebħa tiegħu stess u nirċievu l-premju mwiegħed” (S. Iljun il-Kbir, Omelia LILa Trasfigurazione, 7.8).

Dan, mill-eternità li issa laħaq, donnu jgħidilna l-Kardinal Umberto Mozzoni, Li għalih qegħdin noffru s-Sagrifiċċju ewkaristiku u li għalih se nibqgħu nitolbu billi nitolbu għalih il-premju minn għand Dak li fih hu emmen u ttama u li dejjem ħabb.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading