“Mulej għand min immorru?”

Minn Daniel Borg

“Mulej għand min immorru?” Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6, 68)

Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 6, 60-68) iġibilna quddiemna il-‘falliment’ ta’ Ġesu’ hekk kif ħafna jiddeċiedu li jitilquh. Pietru biss, anke f’isem it-tnax, jesprimi fidi sħiħa fiH. Il-Papa fl-Angelus jgħid li din hi espessjoni sabiħa ferm, li tesprimi l-ħbiberija u l-fiduċja li Pietru u l-ħdax l-oħra għandhom fil-persuna ta’ Ġesu’.

Wara li Ġesu’ kien qal li hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema, ħafna huma dawk li abbandunawh. Mhux faċli tifhem lil Ġesu’. Dak li jitlob mid-dixxipli kultant imur kontra kull loġika tad-dinja, ta’ kif is-soltu wieħed jaħsibha, speċjalment x’ħin tidħol l-imħabba u l-maħfra. Imma t-tnax jibqgħu leali lejH. Minkejja kollox id-dixxipli, fost l-imgħallmin kollha ta’ żmienu, fiH biss sabu r-risposta tagħhom għat-tfittxija għall-imħabba li tagħti l-ħajja. Il-Papa jgħid li anke għalina mhux faċli nimxu wara Ġesu’ u nifhmu l-modi tiegħu. Qrib tiegħU biss nistgħu nesperimentaw is-sbuħja li nkunu ħbieb tiegħU.

Wieħed jista’ jara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02kusAzfKWMZoYqbaUTMs3NsN62ke5RHuqgdAYSqp9Uk2ZAqbjAc8jta2vyjektMQAl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading