Mill-ktieb ta’ Mike Aquilina, Yours is the Church, how Catholicism shapes our world. Ħajr lil Joe Galea.
Ir-Rumanzi Medjevali
Mal-għeluq tal-Medjuevu, ħafna u ħafna nies barra l-Knisja bdew jitgħallmu jaqraw. In-nobbilta’ kien mistenni li jkunu letterati, li dan ħoloq talba kbira għal-letteratura għall-ewwel darba f’700 sena.
Tqiegħdu fil-kitba stejjer antiki, mogħtija l-kulur, maħdumin mill-ġdid u mibdula f’divertiment fil-qrati ta’ prinċpijiet bla għadd, duki u kontijiet li kienu jiggvernaw l-Ewropa f’dak iż-żmien.
Naturalment dawn id-difertimenti rriflettew il-morali tal-udjenzi tagħhom ta’ klassi għolja. Kienu stejjer ta’ mħabba, u għan-nobbli kavalieri u Damiġelli ta’ dak iż-żmien, l-imħabba u ż-żwieġ kienu żewġ suġġetti għal kollox separati. Fil-fatt kienu jassumu li l-imħabba trid tkun adultera. Ir-raġel tal-eroina kien xi stramb li missierha ġiegħlha tiżżewweġ bil-forza. L-imħabba tagħha kien kavalier sabiħ li ltaqgħet miegħu wara ż-żwieġ infeliċi tagħha. Xi stejjer kellhom tmiem traġiku. Il-maħbubin jiġu maqtula flimkien, jew jagħmlu suwiċidju jew dramm romantiku li fl-aħħar iġiegħel lin-nis jibku. Imma xi drabi kien hemm tmiem feliċi. Il-kavalier joqtol lir-raġel tal-maħbuba u jgħixu kuntenti l-bqija ta’ ħajjithom.
Mir-rumanzi medjevali kollha, mhemmx aktar popolari mill-istejjer tal-qorti tar-Re Arthur. U mill-koppji tal-maħbubin fir-rumanz, ħadd mhu famuż daqs Lancelot u Guinevere. L-istorja tal-imħaba adultera tagħhom għadha waħda mid-divertimenti tal-lum. Imma tinvolvi dnubiet mhux ħażin. Ma kinitx mudell tajjeb għan-nobbilta’ li diġa’ kienet assorbiet l-idea li l-imħabba adultera hi l-aqwa ħaġa.
Irriżulta li l-istorja ta’ Lancelot u Guinevere waslet għal dik tal-Holy Grail, bl-allegorija tad-dnub u tal-fidwa. Lancelot jindem. Bla ma jafu l-udjenza kienu qed jirċievu messaġġ li l-ebda predikatur minn fuq il-pulptu ma seta’ jagħtihom, għalkemm ibeżżagħhom bin-nar u bil-faħam. Hi storja li kull ġenerazzjoni tirrakkonta, f’rumanzi, films, television. Imma, minkejja li Hollywood jipprova jneħħi l-messaġġ, dan kien u għadu hemm.
Dante Allighieri
Il-ġenju medjevali Dante Alighieri ra l-verita’ f’allegorija tiegħu ta’ xogħol kbir, forsi wieħed mill-aqwa xogħol ta’ letteratura mill-waqgħa ta’ Ruma u r-Rinaxximent.
Dante Alighieri twieled f’Firenze fl-1265. Hu msemmi għall-poeżija, imma probabbilment kellu f’moħħu l-karriera politika u kellu bidu tajjeb meta kien hemm vjolenza politika ġo Firenze. Dante kien fi triqtu għal Ruma fuq missjoni diplomatika u fl-assenza tiegħu ġie sentenzjat għall-eżilju bl-akkuża li kien mal-partit tellief. Ġie kkundannat biex jiġi maħruq jekk jiġ lura Firenze.
Eżiljat minn daru, mingħajr propjeta’u mwarrab mill-politika, Dante ma kellu mkien fejn idur ħlief għall-poeżija tiegħu. Fl-1308 beda jaħdem fuq poeżija li ħaditlu aktar minn 10 snin, sal-mewt tiegħu fl-1321. Dante sempliċiment semmieha “Il-Commedia”, jew “Il-Kummiedja”. Fehem kummiedja fis-sens oriġinali ta’ xogħol bi tmiem feliċi, mhux f’dak ta’ play biex iddaħħaq. Kien Boccaccio, Taljan magħruf ieħor, l-ewwel li semma’ x-xogħol “La Divina Commedia”, jew “Il-Kummiedja Divina”.
Dante kien familjari max-xogħol tal-ħabib antik tiegħu Tumas t’Akwinu u l-idea li daħlet f’rasu kienet li b’xi mod jaqbad it-Teoloġija Kattolika f’viżjoni allegorika. Kollox f’dan ix-xogħol hu fi tlieta. Fiha tliet partijiet. Il-vers fih innifsu hu tat-tielet rima, fejn l-ewwel u t-tielet linja dejjem għandhom rima mal-linja tan-nofs tal-grupp ta’ qabel, hekk li r-rima qisha minsija t-tul kollu tax-xogħol. Hawn eżempju:
“In just about the middle of life’s way
I found myself caught in a forest dream
And could not tell which way the right road lay
Never before did such a wood appear
To me, impenetrable, savage, dense
The very thought of it brings back my fear …
Dante ma setax jirreżisti milli jqiegħed uħud mill-għedewwa tiegħu fl-infern u ‘l dawk li ħabb fil-ġenna. Imma l-allegorija tal-ġenna u tal-infern u l-qawmien, id-dawl u s-salvazzjoni espressi fl-istruttura u l-kliem tal-poeżija imorru ‘l fuq minn din il-ħaġa żgħira.
Forsi l-aktar kuraġġuż dwar il-poeżija hi l-lingwa li biha hi miktuba. F’dak iż-żmien id-diskors pulit kien miktub bil-Lati u r-rumanzi tar-Re Arthur kienu bil-Franċiż. Ma kien hemm xejn bit-Taljan; kien hemm biss konfużjoni ta’ dijaletti li ħarġu mil-Latin, b’xi mod jinftiehmu bejniethom imma mhux għal kollox. Dante, li kiteb b’Latin eleganti ħafna, meta ġieh il-ħsieb li jagħmilhom, iddeċieda li jikteb dan l-aqwa xogħol tiegħu bid-dijalett Toscan, il-lingua ta’ kuljum ta’ Firenze.
Biex tikteb poeżija fuq is-‘Summa Teoloġika’ kienet ħaġa kuraġġuża, imma biex tiktibha f’dijalett li qatt qabel ma kien għodda għal-letteratura ta’ ċertu livell kienet xi ħaġa ta’ ġenn. Madankollu fl-idejn ta’ ħila ta’ Dante, dan id-dijalett f’daqqa waħda sar lingwa ta’ letteratura eleganti. Fil-fatt, Taljani ta’ żmienna jqisu lil Dante bħala l-missier tal-lingwa tagħhom. Id-dijalett Fjorentin tiegħu sar il-lingwa standard għall-peninsula kollha u hu l-lingwa kurrenti fil-ġurnali, rumanzi u liġijiet tar-Repubblika Taljana.
Il-poeżija ta’ Dante hi wirt lid-dinja u mhux lill-Italja biss. Ispirat lil għadd kbir ta’ xogħlijiet ta’ arti fosthom illustrazzjonijiet tassew sbieħ ta’ Gustave Dore’ u l-poeżija ‘Francesca di Rimini’ ta’ Tchaikovsky. Ġiet tradotta ħafna drabi bl-Ingliż, darba mill-awtriċi Dorothy Sayers li żamment fl-Ingliż l-iskema ritmika li fiha l-‘Commedia’.