ĊERIMONJA TA’ BEATIFIKAZJIONI TA’ JOSÉ MANYANET Y VIVES,
DANIEL BROTTIER U ELIŻABETTA TAT-TRINITÀ
OMELIJA TA’ ĠWANN PAWLU II
Bażilika Vatikana – Il-Ħadd, 25 ta’ Novembru 1984
1. “Dawk li huma ta’ Kristu” (1 Kor 15, 23).
Illum, is-sollennità ta’ Kristu Sultan, il-Knisja permezz ta’ din iċ-ċerimonja ta’ bejatifikazzjoni tqiegħed quddiemna tliet figuri kbar.
Smajna isimhom. L-Isqfijiet bħala rgħajja tal-Knisja lokali, esponew ix-xhieda dwar ħajjithom erojka:
– José Manyanet y Vives, saċerdot, fundatur tal-Kongregazzjoni ta’ wlied is-Sagra Familja u tal-Istitut tal-ulied missjunarji tas-Sagra Familja ta’ Nażżaret;
– Daniel Brottier, saċerdot tal-Kongregazzjoni tal-Ispirtu Santu u tal-Qalb Immakulata ta’ Marija;
– Suor Eliżabetta della Santissima Trinità, reliġjuża tal-Ordni tal-Karmelitani skalzi.
Hekk hu, “dawn li huma ta’ Kristu”.
Fl-aħħar Ħadd tas-sena liturġika, il-Knisja tixtieq tqim lil Kristu bħala “Sultan tas-Sekli”, billi tilqà bil-ferħ ix-xhieda ta’ wliedha, li fihom is-sinjal tal-appartenenza lil Kristu dehret partikolarmeni b’mod evidenti.
Il-Vanġelu tas-sollennità tallum jippermettilna nifhmu aħjar b’liema mod kull bniedem huma msejjaħ biex jagħti xhieda tal-appartenenza tiegħu lil Kristu; b’liema mod huwa għandu jsir parteċipi tas-saltna tiegħu.
Hekk hu, quddiem l-assemblea tan-nazzjonijiet kollha, fl-aħħar tad-dinja, Kristu sultan u ragħaj jippronunzja dan il-ġudizzju:
“Ejjeew imberkin, ta’ Missieri, irċievu b’wirt is-saltna mħejjija għalikom sa mill-bidu tad-dinja.
Għaliex jiena kont bilġuħ u tajtuni niekol, kont bilgħatx u tajtuni nixrob; kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu żżuruni, kont il-ħabs u ġejtu tarawni (Mt 25, 34-36).
Il-ġusti jistaqsu: meta?. . . meta u fejn għamilna dan kollu?
Kristu ragħaj u sultan iwieġeb: “Kull darba li għamiltu dawn il-ħwejjeġ ma wieħed minn l-iżgħar minn dawn ħuti, kontu għamiltuh miegħi” (Mt 25, 40).
Hawn hu b’liema mod is-sinjal tal-appartenenza lil Kristu tidher fil-bniedem. Hawn hu b’liema mod il-bniedem iħejji ruħu biex jidħol fis-saltna ta’ Kristu. Biex “jirċievi b’wirt is-saltna mħejjija . . . sa mill-bidu tad-dinja” (Mt 25, 34). Is-saltna mħejjija mill-Missier, is-saltna mħejjija f’Ġesù Kristu. Imsallab u rxuxtat: f’Ġesù Kristu ragħaj tal-erwieħ u sultan tas-sekli.
2. L-ewwel figura li l-Knisja tqiegħed quddiemna dalgħodu, biex toffriha bħala eżempju u mudell ta’ min jaħdem għas-saltna ta’ Alla fi Kristu, hija dik tal-Beatu José Manyanet y Vives, iben distint tal-artijiet tal-Katalunja fi Spanja.
Il-mottiv tal-eżaltazzjoni ta’ dan is-saċerdot, fundatur ta’ żewġ kongregazzjonijiet reliġjużi, mhuwiex għajr dak tal-għoti tiegħu erojku lill-imħabba ta’ Alla u lill-kawża ta’ Kristu fis-servizz lill-proxxmu. Dan wassal biex jimpenja l-qawwiet kollha tiegħu – minkejja l-limitazzjonijiet tal-mard – biex jipprovdi, fuq kollox, “l-unur tas-Sagra Familja u l-ġid tal-familji u tat-tfal”. Din hija l-kariżma partikolari li tippenetra ħajtu kollha, mgħaddsa fil-misteru tal-vokazzjoni evanġelika mgħallma mill-eżempji ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi fis-skiet ta’ Nażżaret.
F’waqt storiku diffiċli, li fih ċerti idejoloġiji fittxew li jippenetraw fis-soċjetà permezz tal-erożjoni tal-familja. Il-Beatu l-ġdid ħares bi kjaroveġġenza lejn l-eżempji ta’ qdusija nażżarena li s-Sagra Familja tippreżenta. Minn hawn jitnissel l-impenn apostoliku tiegħu biex ifittex li jwassal dan il-messaġġ lid-dinja u li jagħmel minn kull dar Nażżaret. Kemm ħadem, imbagħad, biex jistieden lil kull familja – il-ġojjell l-iktar prezzjuż, kif hu jsejħilha – biex tħares lejn Nażżaret u tibni mudell ta’ ħajja skont il-pjan ta’ Alla, ibbażzat, fl-istess ħin, fuq il-valuri umani awtentiċi!
Fuq din l-istess linja, huwa jiddedika ruħu b’entużjażmu biex joffri lit-tfal u liż-żgħażagħ it-tagħlim tal-Vanġelu ta’ Nażżaret, bi mħabba kbira u rispett għall-vokazzjoni ta’ kull wieħed u bil-ħsieb ta’ edukazzjoni armonjuża. Kemm jistà jgħallem il-Beatu l-ġdid lis-soċjetà attwali tagħna!
3. U issa kelma bil-lingwa Katalani lill-koċittadini tal-Beatu l-ġdid: fittxu li tkunu fidili għall-eżempju ta’ ħajja u għall-messaġġ tal-koċittadin tagħkom. Wasslu l-mudell tas-Sagra Familja lill-familji tagħkom. Agħmlu minn kull familja Nażżaret, skont it-tixnieq apostoliku tal-Beatu José Manyanet.
4. Fost “dawk li huma ta’ Kristu” niddistingwu lil Daniel Brottier. Huwa ħaddan il-kongregazzjoni tal-Patrijiet tal-Ispirtu Santu biex iwieġeb bil-mod l-iktar imħeġġeġ għall- vokazzjoni missjonarja. Meta mar l-Afrika, huwa ddedika ruħu b’mod ġeneruż għas-servizz tal-komunità nisranija ta’ Saint-Louis tas-Senegal, partikolarment taż-żgħażagħ. Iż-żelu apostoliku wasslu biex iwettaq bla mistrieħ inizjattivi ġodda sabiex il-Knisja tkun ħajja u sabiex il-bxara t-tajba tkun mismugħa. Ukoll meta kien ikun bogħod minn dan il-qasam ta’ azzjoni, huwa kien ikompli jikkontribwixxi għall-bini tal-Knisja fis-Senegal.
Dixxiplu ta’ Kristu, huwa wkoll minħabba l-prova tat-tbatija: id-dulur fiżiku ma jabbandunahx. Voluntarju fuq il-front, huwa jieħu ħsieb il-feruti u jsabbarhom bil-preżenza kuraġġuża tiegħu. Lis-suldati moribondi, kien iwasslilhom l-għajnuna ta’ Alla. Fi tmiem il-gwerra, jaħdem biex jagħti segwitu lil dik il-fraternità mwielda fost dawn il-bnedmin fil-privazzjoni u fid-don erojku tiegħu.
Meta rċieva l-inkarigu biex jassisti l-orfni ta’ Auteuil, huwa għas-servizz tagħhom li jwettaq b’qawwa l-attività l-iktar eċċitanti, li għamlitu magħruf ferm ‘il hemm minn Pariġi. Xejn ma jżomm il-karità tiegħu, fejn jidħlu l-ilqugħ, l-ikel, l-ilbies tat-tfal abbandunati u maħqura mill-ħajja. Bla numru huma dawk li jingħaqdu miegħu f’din l-opra profondament evanġelika. Ladarba kien meħtieġ li jsib alloġġ lil dawn iż-żgħażagħ u jintroduċihom f’ambjent ta’ żelu uman, jgħinhom biex jitgħallmu sengħa u biex jibnu l-futur tagħhom, Patri Brottier jimmultiplika l-appelli u jikkostitwixxi katina dejjen ħajja ta’ solidarjetà attiva.
Saċerdoti, reliġjużi, l-attività kbira tiegħu “tiġi mill-imħabba kbira tiegħu lejn Alla” kif qal wieħed xhud. Umli u fl-istess ħin veru, attiv sal-limiti possibli, tal-qaddej diżinteressat, Daniel Btrottier kien jersaq bi qlubija u sempliċità sabiex jaħdem “bħallikieku kollox kien jiddependi minnu, imma wkoll ċert li kollox jiddependi minn Alla”. Kien afda lit-tfal ta’Auteuil lil Santa Teresa tal-Bambin Ġesù li hu kien isejjaħ b’mod familjari għall-għajnuna, ċert mis-sosten effettiv tagħha lil dawk kollha li għalihom hija kienet offriet ħajjitha.
Il-Beatu Daniel Brottier temm l-opra tiegħu fuq l-art b’“fiat” qalbieni. Illum aħna nafuh karitatevoli mal-foqra li jsejħulu, biex jikkomunika bl-imħabba tal-Mulej li animat is-servizz saċerdotali tiegħu kollu.
5. Kważi kontemporanja ta’ Teresa tal-Bambin Ġesù, Eliżabetta tat-Trinità għamlet esperjenza profonda tal-preżenza ta’ Alla, li hija mmaturat, b’mod impressjonanti, fis-snin tal-ħajja fil-Karmelu. Aħna nsellmu fiha esseri għani ta’ doni naturali; hija kienet intelliġenti u sensibbli, pjanista perfetta, apprezzata minn sħabha, delikata fl-imħabba lejn dawk kollha li kienu jiġu minnha. Hekk hu li hi illuminat ruħha fis-skiet tal-kontemplazzjoni, raġġ ta’ feliċità ta’ nisi totali tagħha nfisha; bla riserva, tilqà d-don ta’ Alla, il-grazzja tal-Magħmudija u tar-Rikonċiljazzjoni; tirċievi b’ammirazzjoni l-preżenza ewkaristika ta’ Kristu. Bi grad eċċezzjonali, hija tagħraf l-komunjomi offruta lil kull krejatura tal-Mulej.
Aħna illum naslu nippreżentaw lid-dinja lil din ir-reliġjuża tal-klawsura li qattgħet “ħajja moħbija ma’ Kristu f’Alla” (Kol 3, 3) għaliex hija xhud imdawla bil-ferħ li huwa radikat u msejjes fl-imħabba (cf. Ef 3, 17). Hija tiċċelebra l-isplendur ta’ Alla, għaliex huwa magħruf li kienet abitata fil-ġewwieni ntimu ta’ qalbha mill-preżenza tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu li fihom hija għarfet ir-realtà tal-imħabba infinitament ħajja..
Ukoll Eliżabetta ġarrbet it-tbatija fiżika u morali. Magħquda ma’ Kristu msallab, hija offriet ruħha kompletament, billi wettqet f’ġisimha l-passjoni tal-Mulej (cf. Kol 1, 24), dejjem ċerta li hija maħbuba u li tistà tħobb. Hija wettqet fil-paċi d-don ta’ ħajjitha ħienja.
Lill-umanità mħawda tagħna li ma tafx iktar kif issib lil Alla jew li tisfigurah, li tfittex kelma li fuqha ssejjes it-tama tagħha, Eliżabetta tagħti ix-xhieda ta’ disponibiltà perfetta għall-kelma ta’ Alla li hija assimilat sal-punt li tgħajjex realment bih r-riflessjoni tagħha u t-talb tagħha. Sal-punt li ssib fiha r-raġunijiet kollha biex tgħix u tikkonsagra ruħha għat-tifħir tal-glorja tiegħu.
Din il-kontemplattiva, bogħod mill-iżolament, għarfet tikkomunika lis-sorijiet tagħha u lill-proxxmu tagħha r-rikkezza tal-esperjenza mistika tagħha. Il-messaġġ tagħha llum jinfirex b’qawwa profetika. Aħna nitolbuha: dixxipla ta’ Teresa ta’ Ġesù u ta’ Ġwanni tas-Salib, biex tispira u ssostni lill-familja kollha tal-Karmelu; biex tgħin ħafna rġiel u nisa, fil-ħajja lajka jew fil-ħajja kkonsagrata, biex jirċievu u biex ikunu parteċipi fix-“xmajjar ta’ karità nfinita” li hija kienet ġabret “fil-fonti tal-ħajja””.
6. Waqt li ddawwar ħarsitha fuq dawn it-tliet figuri għolja, il-Knisja tixtieq illum tipprofessa il-fidi apostolika fis-saltna ta’ Kristu, tixtieq tistqarr li temmen li jsaltan realment.
Car le Christ “est ressuscité d’entre les morts, pour être parmi les morts le premier ressuscité” (1 Cor. 15, 20).
Dans l’histoire des hommes vaincus par la mort, Il a, le premier, remporté la victoire sur la mort.
C’est une victoire pour lui – et, en même temps, c’est une victoire pour nous.
“C’est en Adam que meurent tous les hommes; c’est dans le Christ que tous revivront” (Ibid. 15, 22).
Tous ceux qui lui appartiennent par la grâce et l’amour ont en eux la Vie nouvelle: la Vie du Royaume que le Père a préparé “depuis la création du monde”.
Dans cette Vie nouvelle s’épanouira la victoire du Christ sur tout ce qui est contraire au règne de Dieu dans la création visible et invisible. “C’est lui, en effet, qui doit régner jusqu’au jour où “il aura mis sous ses pieds tous ses ennemis”. Et le dernier ennemi qu’il détruira, c’est la mort” (Ibid. 15, 25-26).
7. El Padre eterno no solamente ha preparado desde la creación del mundo el Reino de gracia y amor, el Reino de vida nueva y de vida eterna.
A la vez el Padre celestial “ha asignado como tarea” este Reino a su Hijo Eterno, cuando se hizo hombre.
Todos los que de cualquier nación, generación, raza, siglo e Iglesia en la tierra, han aceptado participar en esta tarea salvífica y redentora, pertenecen a Cristo. Ellos esperan asimismo el testimonio definitivo, cuando Cristo, con su llegada al fin del mundo, “entregue a Dios Padre el Reino” (Ibid. 15, 24).
El Reino de Dios se completará más allá del término de la historia humana. Se realizará donde tuvo su inicio: en el amor del Padre correspondido hasta el final por el amor del Hijo.
“Cuando le queden sometidas todas las cosas, entonces el mismo Hijo se sujetará a quien a El todo se lo sometió, para que sea Dios en todas las cosas” (1 Cor. 15, 28).
Este es el sentido definitivo del Reino de Dios: Dios que es todo en todos. Los que han aceptado este sentido, abriendo al mismo sus corazones y sus obras, son bienaventurados.
“Venid, benditos de mi Padre, tomad posesión del Reino . . .”.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb