Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
Ġesu’ huwa biss Profeta ?
Id-dinja tgħidilna li Ġesu’ hu biss Profeta li l-insara jgħidu li qam mil-mewt.
L-Irxoxt hija statwa u festa sabiħa, parti mil-folklor tagħna, bil-banda ddoqq u li fiha tiekol xi biċċa figolla tajba jew xi biċċa colomba, imma xejn aktar minn hekk. Ma tonqos il-ġirja tradizjonali bl-istatwa, tradizjoni marbuta biss ma din il-Festa.

Ġesu’ hu veru Alla u veru bniedem
Imma Ġesu’ Kristu mhux sempliċi Profeta, jiġifieri Ġesu’ Kristu mhux sempliċi l-mibgħut ta’ Alla li jwasslilna l-messaġ ta’ Alla, Ġesu’ Kristu huwa t-Tieni Persuna tat-Trinita’, li għadha ĦAJJA, u li għadu magħna waqt kull ċelebrazjoni Ewkaristika. L-aħħar kliem tiegħU qabel tela’ s-Sema kienu: ‘Ara jiena MAGĦKOM SAL-AĦĦAR TAŻ-ŻMIEN’.
Malli mmutu mhux biss mhux se jispċċa kollox, talli aħna se niltaqgħu ma’ dan Kristu l-ĦAJ.
X’SORPRIŻA SE TKUN GĦAL DAWK LI MA GĦIXUH ĦAJJITHOM MA’ ĠESU’ L-IMQAJJEM MIL-MEWT.
Jekk Ġesu’ huwa veru Alla, mela l-Kelma tiegħU mhix sempliċement Kelma ta’ bniedem
Kemm insara li jistqarru li huma nsara, imma għadhom sallum jgħixu fi stat ta’ dnub mejjet għax baqgħu jsegwu l-Quddiesa minn fuq it-Televiżjoni saħansitra fil-jum tal-Ħadd, anki jekk huma mimlijin saħħa. Jafu dawn li l-Covid ma’ għadhiex pandemija, u li nistgħu niltaqgħu fi knejjes ? X’xalata qiegħed jagħmel id-demonju b’dawn l-erwieħ mifdija mid-demm ta’ Ġesu’ Kristu, u b’ħafna erwieħ oħra.
X’ĦAJJA MOĦLIJA DAWN SE JISKOPRU LI KELLHOM META JIDHRU QUDDIEM ALLA.
THEIR LOVE OF A LIFETIME KIEN ĦAJ U GĦIXUH DAQSLIKIEKU KIEN MEJJET.
Hi hasra kbra li dawn in-nies jiċċaħdu mill Ewkaristija li hi Vitamina għas-saħħa Spiritwali tagħna.
Lima hi dik il-koppja li qatgħeu l għerusija jinnamraw biss biċ-chat jew telefonata biss, mingħajr Qatt, Qatt ma jiltagħqeu fizikament. Kif trid tikber l’intimita ta’dik il-koppja. Dak X ngħamur hu.
Hekk ir-relazzjoni intima tagħna mal Mulej, permezz tal quddies fit-tempju tal Mulej. Mingħajr il prezenza tagħna fil knisja ma tistax tis-saħħaħ.
Għandna Xorti dik l’għazla li għandna ta tant quddies fill bliet u ir-rħula ta’Malta u Għawdex kemm il Ħadd kif ukoll mit-Tnejn sas Sibt
.