Fil-Vanġelu tal-lum Pilatu jistaqsi lil Ġesu’: “Inti s-sultan tal-Lhud?” Bħala rappreżentant tal-Imperu Ruman, sultan ieħor kien ifisser għal Pilatu theddida għal dak l-istess imperu li hu kien jirrapreżenta. Imma Ġesu ma kienx dak it-tip ta’ sultan li kellu f’moħħu Pilatu.
Ġesu kien is-sultan li jixhed għall-verita’, il-verita’ li trid tbiddel id-dinja li Pilatu u li aħna llum ngħixu fiha! Infatti l-Papa jgħid li d-‘dinja’ ta’ Ġesu’ u d-‘dinja’ ta’ Pilatu huma żewġ dinjiet differenti! Id-dinja ta’ Pilatu hija d-dinja fejn il-qawwi jirbaħ lid-dgħajjef, is-sinjur lill-fqir, il-vjolenza fuq il-paċi, dinja li sfortunatament nafu sew. Imma Ġesu jġib dinja ġdida, dinja li Ġesu stess jifdi bl-imħabba tiegħU.
Pilatu ma jagħrafx lil Ġesu u l-verita’ li Ġesu qed jixhed għaliha u għalhekk isallbu u jordna biex fuq is-salib jikteb: “Dan hu s-Sultan tal-Lhud.” Ġesu’ imma ma kienx dak ir-re li kien qed jirreferi għalih Pilatu, huwa re differenti, re li jaħfer, u li jagħti l-paċi u l-ġustizzja. Din hija d-dinja li rridu nimmiraw għaliha, dinja fejn Ġesu ikun verament fiċ-ċentru.
Tista’ tara dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0BYVkckRaAnkST6dxiM15CvrHzCUt96UHnstKS42FVkcmywcGALgsm4uiyyxEYjHHl