Il-fehma tal-Papa għal Jannar 2025

Għad-Dritt għall-Edukazzjoni

Nitolbu għall-migranti, għar-refuġjati u dawk milqutin mill-gwerra, biex id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni, li huwa neċessarju għall-bini ta’ dinja aħjar, ikun dejjem rispettat.

Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb …
Current Issues in Prayer …
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa …
Poster bil-Malti …
Poster in English …

TEXT TAL-VIDJO

Illum għaddejjin minn ħerba edukattiva. Din mhix esaġerazzjoni. Minħabba l-gwerer, l-emigrazzjoni, u l-faqar, hawn mal-250 miljun tifel u tifla neqsin mill-edukazzjoni.

It-tfal u ż-żgħażagħ kollha għandhom id-dritt imorru l-iskola, tkun xi tkun il-qagħda tagħhom immigratorja.

L-edukazzjoni hija tama għal kulħadd – tista’ ssalva lill-migranti u r-refuġjati mid-diskriminazzjoni, mix-xbieki kriminali, mill-isfruttament… tant hawn tfal sfruttati! Tista’ tgħinhom jintegraw fil-komunitajiet li jilqgħuhom.

L-edukazzjoni tiftaħ il-bibien għal futur aħjar. B’dan il-mod, il-migranti u r-refuġjati jkunu jistgħu jikkontribwixxu lis-soċjetà, kemm fil-pajjiż il-ġdid jew fil-pajjiż minn fejn telqu, jekk jiddeċiedu li jmorru lura.

U ma rridu qatt ninsew li min jilqa’ l-barrani, ikun jilqa’ lil Ġesù Kristu.

Nitolbu għall-migranti, għar-refuġjati u dawk milqutin mill-gwerra, biex id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni, li huwa neċessarju għall-bini ta’ dinja aħjar, ikun dejjem rispettat.


Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading