Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi

Minn Daniel Borg

Illum niċċelebraw il-Magħmudija ta’ Ġesu’ u fl-Angelus il-Papa jagħfas fuq il-vers: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi”. Il-Vanġelu jgħidilna wkoll li “niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta’ ħamiema.” Il-Papa jgħidilna li l-Vanġelu tal-lum (Lq 3:15-16,21-22) jitkellem dwar l-Epifanija ta’ Alla li juri l-wiċċ tiegħU f’ Ġesu, imma wkoll nisimgħu l-vuċi tiegħu. Permezz tal-wiċċ u tal-vuċi Alla l-Missier jurina li hu permezz ta’ Ġesu li aħna nidħlu fi djalogu ma’ Alla u mal-oħrajn. Hu jistaqsina aħniex kapaċi naraw il-wiċċ ta’ Ġesu fl-oħrajn, u jekk aħniex imdorrijin nisimgħu l-vuċi ta’ Alla, dak li jrid jgħidilna. Il-Papa jgħidilna wkoll li d-data tal-magħmudija tagħna, hija d-data tat-twelid tagħna fl-Ispirtu ta’ Alla.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02YxgK1ipTkNsqGooBc3NiVsLhvpyLSh1TDcQU9vJfeQf46e6Hkf8ivvQwV2NUp38Jl

ReplyForwardAdd reaction

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading