Ċelebrazzjoni Marjana. Ave Maria

L-Ave Maria hija t-talba lill-Verġni Marija l-aktar għażiża għad-devozzjoni tal-poplu t’Alla. Hija talba biblika, għax l-ewwel parti, it-tislima tal-anġlu Gabrijel Iil Marija u l-esklamazzjoni ta’ tifliir ta’ Eliżabetta, hija meħuda mill-Vanġelu skont San Luqa. Hija talba tal­-Knisja, għax tirrifletti l-esperjenza tal-Knisja u tesprimi l- fidi tagħha fil-maternità divina u fl-intercessjoni kollha ħniena tal-Verġni Marija. Hija talba liturġika  għax tingħad f’diversi ċelebrazzjonijiet tal-uffiċċju divin u tal-misteri qaddisa. Hija finalment talba popolari għax tikkostitwixxi l-qalba essenzjali tat-talb popolari tant mifrux li maħbub mill-poplu Nisrani, bħall-Angelus Domini u r-Ruzarju mqaddes.

L-Ave Maria hija talba konċiza u mimlija kontenut; tibda billi tikkontempla l-qdusija ta’ Marija u l-maternità divina tagħha, imbgħad issir supplika favur l-umanità feruta mid-dnub, talba għall-għajnuna materna tal-Verġni Marija f’din is-siegħa preżenti u fl-aħħar siegħa tal-ħajja.

Niżżel il-file taċ-Ċelebrazzjoni f’format pdf ….

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading