Għal matul il-pellegrinaġġ ta’ Jum id-Duluri

ID-DULURI TA’ MARIJA
TALB U KUMMENTARJU GĦAL WAQT
IL-PELLEGRINAĠĠ F’JUM ID-DULURI

Kitba ta’ Dun Hector Scerri

Kif nagħmlu ta’ kull sena nġbarna hawn flimkien biex nagħmlu din il-mixja ma’ Marija. Nimxu ma’ Marija fil-mumenti tad-dulur tagħha. Marija, Omm Alla, hija bniedma bħalna, u bħalna għaddiet minn bosta esperjenzi ta’ uġigħ, tbatija u ansjeta’. Din il-mixja tagħna ma’ Marija hija mixja ta’ fidi, kif ukoll mixja ta’ solidarjeta’. Illejla, aħna nħossu ma’ Marija fit-tbatijiet tagħha. Fl-istess ħin, aħna nafu, u konvinti li Marija hija preżenti magħna. Hi, fl-imħabba tagħha ta’ omm, takkumpanjana fl-uġigħ tagħna: il-mard li ngħaddu minnu aħna jew il-membri tal-familji tagħna, il-mewt tal-għeżież tagħna, l-inkwiet li ngħaddu minnu, l-ansjeta’ li tolqotna.

Aktar