Tkompli l-konvalexxenza tal-Papa Franġisku fir-residenza tiegħu ‘Casa Santa Marta’, bit-trattament kontinwu li għandu bżonn, bit-terrapija fuq il-mobbiltà, kif ukoll il-fiżjterapija relatata man-nifs, speċjalment għall-irkupru tal-vuċi; kompla bit-talb personali, u kkonċelebra fil-kappella tar-residenza.
Dawn kienu fost l-aġġornamenti li l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ipprovda lill-ġurnalisti akkredidati dwar is-saħħa tal-Papa, it-Tlieta, wara li nhar il-Ħadd, il-Papa ħareġ mill-isptar Ġemelli ta’ Ruma minħabba prewmonja bilaterali.
Il-perjodu ta’ konvalexxenza u mistrieħ tal-Papa fir-residenza tiegħu għandu jkun ta’ madwar ‘xahrejn’. It-tobba tawh ukoll parir biex jevita laqgħat, kemm dawk individwali, u anke dawk ta’ gruppi, u biex jirċievi assistenza medika ta’ 24 siegħa biex jipprovdu għall-bżonnijiet li għandu bżonn, inkluż terapija bl-ossiġnu, u biex jindirizza kwalunkwe emerġenza possibbli. Din il-kura qed tingħata mid-Direttorat tas-Saħħa u l-Iġjene tal-Belt tal-Vatikan, u tim mediku qed ikun dejjem preżenti mal-Papa.
Kif kien qed jagħmel l-isptar, il-Papa Franġisku kkonċelebra Quddiesa fil-kappella tat-tieni sular ta’ Santa Marta. Barra minn hekk, kompla bl-attivitajiet tax-xogħol skont il-kapaċità limitata msemmija qabel. Fil-fatt, il-bullettin ta’ nofsinhar tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar il-ħatriet tal-Arċisqof Ignazio Ceffalia bħala Nunzju Appostoliku għall-Belarus, u Mons. Francesco Ibba bħala Defender of the bond fit-Tribunal tar-Rota Rumana.
Ma ngħataw l-ebda dettalji preċiżi dwar l-iskeda tal-Papa għall-jiem li ġejjin, u lanqas għal avvenimenti futuri bħad-diversi ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew jew riti tal-Ġimgħa Mqaddsa. L-Uffiċċja Stampa tas-Santa Sede nnota, “xi deċiżjonijiet qed jiġi kkunsidrati u se jsiru abbażi tat-titjib li jseħħ fil-ġimga li ġejja.”
Mill-ewwel jum, il-Papa Franġisku saħaq li jkun infurmat dwar saħħtu. It-tabib Alfieri stqarr: “Hu talabna ngħidulu l-verità, u ried li l-verità dwar il-kundizzjoni tiegħu tingħad lill-pubbliku.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-03/pope-francis-concelebrates-mass-continues-therapy-at-santa-marta.html