Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija
08/05/2025: L-ewwel kummenti tal-Arċisqof Charles Scicluna mat-tħabbira tal-elezzjoni tal-Papa Ljun XIV bħala r-Ragħaj il-ġdid tal-Knisja Kattolika.
Filmat: PBS
L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jifirħu għall-elezzjoni tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV u jħeġġu lill-Insara u l-persuni kollha ta’ rieda tajba sabiex jitolbu għall-Papa l-ġdid.
Filwaqt li jwiegħdu l-lealtà tagħhom lejn il-Papa Ljun XIV, is-Suċċessur ta’ Pietru, l-Isqfijiet jimpenjaw ruħhom li jwasslu l-Vanġelu tal-Paċi u l-Ħiena lill-poplu għażiż ta’ Alla.
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
✠ Anton Teuma
Isqof ta’ Għawdex
✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju
Sors: www.knisja.mt
Vidjo: www.knisja.mt/ritratti