“Agħtu leħen lill-foqra” – Il-Papa Ljun XIV jappella għad-djalogu

18/05/2025: Fil-konklużjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice f’Ruma, il-Papa Ljun XIV sejjaħ b’mod qawwi biex il-Knisja tagħti prijorità lill-foqra u tisma’ leħinhom.

Fl-indirizz tiegħu l-Papa enfasizza l-importanza tad-djalogu u l-laqgħa, u l-bini ta’ pontijiet bejn il-popli.

Il-Papa ddeskriva ż-żmien kontemporanju bħala wieħed ta’ “polikriżi” – b’kunflitti, tibdil fil-klima, faqar u migrazzjoni. Huwa wissa kontra l-perikli ta’ informazzjoni falza u tnaqqis fid-djalogu.

Saħaq li “fid-dinja diġitali tal-lum, irridu nġeddu l-kapaċità tagħna għall-ħsieb kritiku.”

Skont il-Papa, id-Duttrina Soċjali tal-Knisja għandha tipprovdi direzzjoni etika, iżda jeħtieġ li tkun mibnija fuq studju serju u fuq is-smigħ profond tal-foqra.

“Il-foqra huma teżor tal-Knisja u tal-umanità,” qal il-Papa, “agħtuhom leħen.”

Hu stieden lill-Fondazzjoni biex tkun kreattiva u attiva fil-bini ta’ soċjetà aktar ġusta, li tisma’ lil kulħadd, speċjalment lil dawk fil-periferiji.

Preżenti għall-konferenza kien hemm l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li huwa wieħed mill-membri fil-bord tad-Diretturi kif ukoll il-Perit Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading