Spiss inħossuna inadegwati għas-sejħa li jagħmilna Alla.

Minn Daniel Borg

Waqt ir-Regina Caeli tal-lum il-Papa rringrazzja lil kulħadd għall-viċinanza li qed juruh fil-bidu tal-Ministeru tiegħu. Hu jgħid kif ħafna drabi inħossuna inadegwati għas-sejħa li jagħmilna Alla.

Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 14, 23-29) imma, jurina li ma għandniex naqtgħu qalbna quddiem is-sejħa li jagħmlilna. F’dawn iċ-ċirkustanzi ma għandniex inħarsu lejn dak li nistgħu nwettqu bis-saħħa tagħna, imma għandna nħarsu lejn il-Ħniena kbira ta’ Alla li għażilna, u lejn l-Ispirtu s-Santu li jiggwidana u li jgħallimna kollox. Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesu lill-appostli lejliet il-mewt tiegħU hekk kif iħossuhom mħawdin u dubjużi jistgħux ikomplu verament il-Ministeru li hu kien qed jafda f’idejhom:”Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’” (Gw 14,27). Il-Papa jgħid li hekk kif kollha kemm aħna nħarsu lejn is-sejħa tagħna, lejn dawk il-persuni li huma afdati f’idejna, lejn impenji li aħna mitlubin nwettqu, aħna ma għandniex nħarsu b’biża’, imma b’konvinzjoni li minkejja d-dgħufija tagħna Alla huwa magħna u jiggwidana bl-Ispirtu Qaddis TiegħU.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid08nw8pT26S19fEYYzxkbnxWYG1Eh9Gs1XjSWcwyoPp1Fd6q6p7XyvK2u5evXTi4JQl

Ara l-messaġġ tal-Papa …. https://laikosblog.org/2025/05/25/il-papa-ljun-xiv-fir-regina-caeli-tas-6-hadd-tal-ghid/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading